Barranin
Id-deheb ikompli jogħla fl-isfond ta’ stennija għal żieda fid-domanda taż-żejt

Muniti

L-ewro kien qrib l-ogħla rata dan ix-xahar ta’ $1.2150 wara l-ħruġ ta’ statistika aħjar milli mistenni dwar it-tkabbir ekonomiku fl-Istati Uniti. Il-Prodott Domestiku Gross għall-ewwel tliet xhur tas-sena żdied b’6.4% aktar mis-6.1% mistennija. Id-dollaru tbaxxa minħabba sentiment ta’ riskju.

Il-bejgħ tal-yen wassal biex l-ewro laħaq ‘il fuq 132 yen u dan huwa l-ogħla għall-2021. Fl-istess ħin ir-rata tal-ewro mal-yen tinsab fil-livell li l-aħħar li kienu kien f’Ottubru 2018, dejjem minħabba rkupru moderat fid-dħul mill-bonds u l-pressjoni ‘l isfel fuq il-yen meqjusa bħala munita sigura.

Indiċi

Meta kien mistoqsi dwar l-irkupru li qed jgħaġġel u x’ifisser għax-xiri ta’ $120 miljun kull xahar f’bonds, il-President tal-Federal Reserve, Jerome Powell, qal li mhuwiex żmien li jkun irtirat is-sostenn u l-istandard tagħhom huwa aktar progress sostanzjali.

Ir-reazzjoni tas-swieq, wara l-istudju ta’ dawn ir-rimarki, kienet pożittiva fl-Istati Uniti, ir-Renju Unit u l-Ġappun u mħallta fl-Ewropa, fejn Franza kellha xi ottimiżmu u l-Ġermanja kienet qed titlef nofs punt perċentwali wara nofsinhar. L-indiċi lokali llum tilef xi ftit.

Ishma

Fl-ishma lokali, l-HSBC kienu fuq quddiem fiż-żieda bi 2.44%, segwiti minn Lifestar bi kważi 1%. Il-Bank of Valletta, Simonds Farsons Ciusk u l-RSZ2 Software tilfu, bil-bank bi ftit aktar minn 1%. Farsons u l-RS2 Software tilef ftit aktar minn 1.5%.

Bonds

Il-bonds kienu wkoll l-aktar negattivi. Dawk li żdiedu kienu Dizz Finance u l-Corinthia Finance bi 2% u 0.5% rispettivament. L-SD Finance, il-Merkanti u l-Hal Mann tilfu ftit inqas minn 1%. It-telf fil-Von Der Heyden u l-Hili Properties kien bejn il-1.5% u l-1.75%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezz tad-deheb ilbieraħ kien l-ogħla f’ġimgħa u kompla jiżdied illum minn aspettattivi ta’ żieda fid-domanda taż-żejt li tnaqqas il-biża’ dwar l-impatt tal-każi tal-coronavirus fl-Indja, waqt li l-ħażniet fl-Istati Uniti żdiedu inqas milli kien mistenni.

Kien xi bejgħ fid-deheb li l-prezz tiegħu tbaxxa fir-reġjun ta’ $1,765, qrib l-inqas prezz f’ġimgħa. Taħlita ta’ fatturi naqqsu li jassistu lid-deheb biex jikkapitalizza fuq il-moviment pożittiv tal-jum iżda minlok wassal għal bejgħ bil-prezz ta’ $1,790.