Barranin
Id-deheb jilħaq l-ogħla livell

Muniti Kontra l-Ewro

L-Isterlina qabżet id-$1.41 wara li statistika tajba dwar l-impjiegi fir-Renju Unit għenet lil-lira testendi l-irkupru riċenti xprunat minn ottimiżmu dejjem jikber li r-Renju Unit ser ikollu ħruġ bla skossi mill-Unjoni Ewropea u fost id-dgħufija tad-dollaru. L-Isterlina, li żdiedet sa 1.2%, tinsab riesqa lejn l-aħjar xahar kontra l-munita Amerikana sa min-nofs l-2010. Matul l-aħħar ġimgħa, l-Isterlina laħqet livelli għolja ġodda minn meta l-vot biex r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea tefagħha ‘l isfel.

Id-Dollaru tbaxxa għall-inqas rata fi tliet snin kontra basket ta’ muniti ewlenin wara li s-Segretarju tat-Teżor Amerikan qal li huwa jilqa’ d-dgħufija fil-valur tad-dollaru, hekk kif l-investituri jinsabu mħassba dwar l-aġenda protezzjonista tal-President Trump.

Kontra dak li kien jintqal favur dollaru b’saħħtu, is-Segretarju tat-Teżor, Steven Mnuchin, qal li dollaru dgħajjef huwa pożittiv għall-kummerċ Amerikan. Huwa kien qed jitkellem fil-Forum Ekonomiku Dinji f’Davos lejlet il-wasla tal-President Trump.

Id-Dollaru Kanadiż żdied kontra dak Amerikan wara li l-President Trump qal li t-taħditiet biex ikun innegozjat mill-ġdid il-ftehim NAFTA sejrin tajba u għax kien hemm ukoll żieda fil-prezzijiet taż-żejt.

Indiċijiet

Id-Dow Jones fetaħ f’territorju pożittiv b’żieda ta’ 0.5% wara d-diskors tas-Segretarju tat-Teżor. Tnaqqis fi-prezz tal-istokks tal-enerġija wara twissija dwar il-profitt mill-kumpanija Suez fi Franza u waqgħa fil-prezz tal-ishma tat-teknoloġija, minħabba tħassib ġdid dwar l-Apple, tefgħu pressjoni fuq l-ishma Ewropej għalkemm aġġornament tajjeb minn Novarties ipprovda sostenn.

L-FTSE 100 u t-Topix kellhom tnaqqis ta’ 0.5%. L-Indiċi lokali żdied b’0.51%.

Ishma Lokali

Xi ċaqliq qawwi kien osservat f’territorju pożittiv fis-sessjoni tal-ishma lokali bil-Global Capital juri żieda ta’ 18.75%, segwiti minn żieda qrib it-8% fil-Medserv u aktar minn 3% fil-Malta International Airport waqt li l-Plaza Centres żdiedu b’1%. Fin-naħa negattiva, kien hemm l-RS2 Software b’0.71%; il-Grand Harbour Marina b’0.75%  waqt li Tigne Mall li tilfu 2.66%.

Bonds Lokali

Iċ-ċaqliq fil-bonds kien inqas bil-MIDI 2026 jiżdiedu b’1.11%. 1923 Investments 2024 tilfu ftit inqas minn 1%.

Indikaturi Ekonomici

Il-qgħad minn sena għal sena fir-Renju Unit kien ta’ 4.3%  skont dak li wieħed kien qed ibassar. Ir-rata hija fl-istess livell tax-xahar ta’ qabel. L-aħbar kienet pożittiva għax meta wieħed jistudja ċ-ċifri isib li l-impjiegi telgħu għal livell rekord u l-pagi regolari żdiedu bl-akbar rata mgħaġġla fi kważi sena.

 Prodotti Essenzjali

Il-kumpaniji ewlenin taż-żejt fid-dinja ser jiġġeneraw aktar flus fl-2018 minn kwalunkwe żmien fl-aħħar 10 snin wara tliet snin ta’ tnaqqis. Iċ-ċaqliq fis-sentiment kien rapidu hekk kif il-prezzijiet taż-żejt mhux maħdum telgħu b’aktar minn 50% fl-aħħar sitt xhur biex laħqu is-$70, livell li ma intlaħaq qatt mill-2014. Dan kien riżultat tat-tnaqqis fil-produzzjoni mill-OPEC.

Il-prezzijiet tad-deheb laħqu l-ogħla livell tagħhom f’aktar minn erba’ xhur wara li ministru Amerikan laqa’ bil-ferħa d-dgħufija tad-dollaru u l-investituri ħasbu għall-assigurazzjoni kontra l-inċertezza.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Muniti L-isterlina baqgħet qrib l-inqas rata fi 13-il xahar, hekk kif l-investituri saħħew il-fehma li d-dollaru ser ikompli jissaħħaħ u minħabba l-inċertezza dwar jekk ir-Renju Unit hux ser jikseb ftehim…

Barranin

Muniti L-Ewro tbaxxa għall-inqas rata fi 13-il xahar, il-muniti tas-swieq emerġenti komplew jitilfu u l-Yen tela’ għall-ogħla rata f’sitt ġimgħat għax il-waqgħa fil-valur tal-lira Torka wasslet biex l-investituri jfittxu muniti…

Lokali

Id-dollaru żdied għall-ogħla livell fi 13-il xahar kontra grupp ta’ muniti u kien hemm ukoll żieda tajba fir-rata tal-yen, bis-sentiment tal-investituri għar-riskju jonqos fost tensjonijiet globali kummerċjali li qed jiżdiedu…

Barranin

Muniti Id-Dollaru żdied kontra l-parti l-kbira tal-muniti ewlenin hekk kif l-investituri huma tal-fehma li d-diskors dwar il-gwerra kummerċjali u l-ekonomija soda tal-Istati Uniti ser ikomplu jgħinu lill-munita. It-tensjonijiet kummerċjali qed…

Aktar