Barranin
Id-deheb jilħaq l-ogħla prezz minn Settembru

Muniti Kontra l-Ewro

L-ewro llum kien qed jiġi nnegozjat qrib l-ogħla rata fi tliet snin kontra Dollaru aktar dgħajjef, fl-ewwel jum tal-2018. Dan juri ottimiżmu dwar l-istampa ekonomika tajba li qed tidher fiż-żona tal-ewro.

L-Isterlina bdiet is-sena b’żieda għall-ogħla livell fi tlitt xhur kontra d-dollaru, bl-investituri jwarrbu min-nofs l-istatistika dwar il-manifattura li kienet dgħajfa aktar milli mistenni biex jiffukaw fuq it-taħditiet li jmiss dwar il-Brexit. Id-Dollaru Kanadiż issaħħaħ kontra dak Amerikan, hekk din il-munita tbaxxiet u l-prezz taż-żejt żamm qrib l-ogħla f’sentejn u nofs.

Indiċijiet

 Wall Street kien riesaq lejn sessjoni tajba fl-ewwel jum ta’ negozju fl-2018, mgħejjun minn prezzijiet tajbin dwar il-prodotti essenzjali u dollaru aktar dgħajjef, fattur li juri li l-ishma ser ikomplu mal-avvanz tas-sena li għaddiet. Indiċi ewlenin tal-ishma għalqu l-2017 bl-aħjar riżultati mill-2013 ’l hawn xprunati minn taħlita ta’ tkabbir ekonomiku qawwi, dħul solidu mill-kumpaniji, rati ta’ interessi aktar baxxi u t-tamiet ta’ tnaqqis fit-taxxa tal-kumpaniji.

Economic indicators

Il-manifatturi taż-żona tal-ewro temmew l-2017 b’żieda fl-attività bl-akbar passi f’aktar minn 20 sena u d-domanda togħla tissuġġerixxi li ser jibdew is-sena f’livell għoli. Stħarriġ illum wera li l-ekonomija taż-żona kienet aħjar minn dawk ta’ żoni oħrajn u l-Bank Ċentrali Ewropew qed jippjana li jnaqqas l-programm ta’ stimulu minn dan ix-xahar.

L-indiċi tal-IHS Markit għal Diċembru kien jimmarka 60.6 u skont l-ewwel qari u ’l fuq minn 60.1 ta’ Novembru. Dan kien l-ogħla minn mindu l-istħarriġ beda f’Ġunju 1997.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt kellhom l-aħjar ftuħ tas-sena mill-2014 ‘il hawn bil-preżż taż-żejt mhux maħdum jilħaq il-prezzijiet ta’ nofs l-2015 fost rallies anti-governattivi fl-Iran u it-tnaqqis li għaddej mmexxi mill-OPEC u r-Russja.

Id-deheb laħaq l-ogħla prezz minn Settembru, estenda l-irkupru ta’ tmiem is-sena li ra l-prezz jiżdied b’4.4% fl-aħħar tliet ġimgħat tal-2017, hekk kif aktar tnaqqis fid-dollaru tella’ l-prezzijiet ogħla minn $1,310 kull  uqija.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Leġiżlazzjoni maħsuba biex tiskansa għeluq imminenti tal-uffiċċji federali fl-Istati Uniti iltaqgħet ma’ ostakli fis-Senat Amerikan tard ilbieraħ minkejja li ftit sigħat qabel il-Kamra tar-Rappreżentanti kienet approvat l-abbozz ta’ liġi dwar…

Barranin

Muniti Kontra l-Ewro   Id-Dollaru żdied wara li kmieni fis-sessjoni kien l-laħaq l-inqas livell fi tliet snin hekk kif id-dħul aktar mill-Bonds tat-Teżor ħajru lill-investituri li jnaqqsu s-sentiment kontra d-dollaru….

Barranin, Lokali

Muniti Kontra l-Ewro L-ewro llum tilef kważi ċenteżmu wara li kien tela’ għall-ogħla livell fi tliet snin ‘il fuq minn $1.23, hekk kif xi investituri kabbru l-ottimiżmu dwar il-munita, għalkemm…

Barranin

Muniti Kontra l-Ewro L-Ewro tbaxxa mill-ogħla rata għal tliet snin għax l-investituri biegħu l-munita minħabba dubju li l-Bank Ċentrali Ewropew jista’ jwarrab il-wegħda tiegħu li jkompli jixtri l-bonds fil-laqgħa tal-ġimgħa…

Aktar