Barranin
Id-deheb jogħla minħabba t-tħassib li qed iġib miegħu l-virus misterjuż taċ-Ċina

Muniti

L-indiċi tad-dollaru, li jkejjel il-valur tiegħu ma’ grupp ta’ sitt muniti, tbaxxa għal 97.481. Waqt li kien qed jitkellem fil-Forum Ekonomiku Dinji f’Davos, il-President Donald Trump qal li dalwaqt jibdew in-negozjati maċ-Ċina dwar it-tieni fażi tal-ftehim kummerċjali. L-ewwel fażi, iffirmata l-ġimgħa li għaddiet, kabbar il-fiduċja fil-prospetti ekonomiċi dinjin, b’sostenn għad-dollaru.

Iżda llum l-ewro u l-isterlina ssaħħew kontra d-Dollaru. L-isterlina bbenefikat mill-aħbar li l-ekonomija Brittanika ħolqot impjiegi bl-aktar pass mgħaġġel fi kważi sena fit-tliet xhur li għalqu f’Novembru, u dan potenzjalment jimmina l-każ sabiex il-Bank of England ibaxxi r-rati tal-interessi l-ġimgħa d-dieħla.

L-Isterlina żdiedet sa 0.3% għal $1.3053. L-ewro żdied ftit, qrib id-$1.1105, qabel il-laqgħa tal-Bank Ċentrali Ewropew nhar il-Ħamis.

Stħarriġ mill-istitut ta’ riċerka, ZEW, wera li s-sentiment fost l-investituri Ġermaniżi tjieb aktar milli kien mistenni matul Jannar minħabba tamiet li l-ekonomija Ġermaniża setgħet ma ntlaqtitx kif kien maħsub mit-tensjonijiet kummerċjali.

Indiċi

L-ishma Ewropej kienu resqin lejn l-akbar waqgħa fi tliet ġimgħat, minħabba li t-tħassib li qed jikber dwar imxija ta’ virus fiċ-Ċina wassal għal tiġrija lejn investimenti sikur. It-theddida miżjuda ta’ infezzjoni, hekk kif miljuni jivvjaġġaw għal btajjel tas-Sena Lunari pdida, fakkret lill-investituri tad-dannu ekonomiku mill-imxija qawwija tas-SARS fl-2003 li qatlet kważi 800 persuna.

Operaturi ta’ titjiriet fil-bogħod, l-Air France, il-Lufthansa u l-IAG, proprjetarja ta’ British Airways, tilfu madwar 2%, waqt li manifatturi ta’ oġġetti lussużi maħsuba għaċ-Ċina bħal LVMH, Kering, Hermes u Burberry kienu wkoll fost it-telliefa.

Ishma Lokali

Fis-settur tal-ishma lokali, il-BMIT Technologies tilfu 2.86% segwiti minn HSBC Bank Malta li tilfui 1.79% għal €1.10 kull sehem. Il-Malta International Airport għalqu wkoll negattivament b’0.72%, iżda l-agħar li marru kienu l-Malita Investment li tilfu 4.26%. F’territorju pożittiv kien hemm il-PG li għalqu €1.90 kull sehem żieda ta’ 2.70% iżda l-aħjar li marru kienu il-Malta Properties Company li żdiedu b’4.62%.

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, il-Bortex Group Finance 2027 żdiedu 0.47%, il-Hili Finance Company 2029 b’0.25%, l-International Hotel Investments 2025 b’0.94%, il-International Hotel Investments 2026 (It-tieni ħruġ) tilfu 1.25%. Il-Mediterrean Maritime Hub Finance 2026 tbaxxew b’0.97%, il-Merkanti Holding 2026 żdiedu 0.89% u l-Medserv 2020/23 tilfu 1.12%.

Il-prezz taż-żejt komplew jaqgħu llum minħabba aspettattivi li suq bi provvisti tajba ser jassorbixxi t-tfixkil li kważi għalaq il-produzzjoni Libjana kollha.

Il-prezz tad-deheb għal ftit ħin laħaq l-ogħla livell minħabba tħassib dwar il-virus fiċ-Ċina kabbret id-domanda għal assi sikuri, iżda mbagħad irtira hekk kif l-investituri ħadu l-prodotti għax kienu tal-fehma li l-bejgħ kien laħaq livell għoli. Iżda t-tensjonijiet fil-Lvant Nofsani u l-politika ta’ inċertezza f’Washington żammew il-prezzijiet ‘il fuq minn $1,550.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-Isterlina tbaxxiet għar-raba’ jum wara l-ieħor kontra d-Dollaru hekk kif is-saħħa tal-munita Amerikana u t-tħassib dwar il-bidu tat-taħditiet kummerċjali bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea warrbu min-nofs l-istatistika li…

Barranin

Muniti Id-dollaru żdied illum għall-ogħla rata fi kważi 3 snin kontra l-ewro, li kienet taħt pressjoni minn stħarriġ Ġermaniż li wera tnaqqis fil-fiduċja tal-investitur fl-ikbar ekonomija tal-Ewropa. L-ewro tbaxxa b’0.36%…

Barranin

Muniti L-ewro tħabat biex żamm qrib l-inqas rata fi tliet snin hekk kif l-investituri huma mħassba dwar it-tnaqqis fit-tkabbir fir-reġjun, waqt li l-isforzi Ċiniżi biex jillimitaw il-ħsara mill-coronavirus jidher li…

Barranin

Muniti L-ewro tbaxxa għall-inqas rata f’erba’ snin u nofs kontra l-Frank Żvizzeru llum u l-yen issaħħaħ hekk kif l-investituri fittxew assi sikuri wara li l-provinċja ta’ Hubei fiċ-Ċina, l-epiċentru tal-coronavirus,…

Aktar