Barranin
Id-deheb jogħla qabel il-vot fil-Parlament Ingliż

Muniti

L-isterlina tilfet 0.5% għall-inqas rata tal-jum, wara li l-editur politiku tal-BBC kkwota sors li qal li l-Gvern jirtira l-leġiżlazzjoni dwar Brexit u jaħdem għall-elezzjoni ġenerali, jekk il-Parlament jivvota kontra l-abbozz propost. L-isterlina, li għal ftit ħin żdiedet għal aktar minn $1.30 ilbieraħ, issa rtirat b’aktar minn ċenteżmu, minħabba inċertezza dwar jekk il-Prim Ministru Johnson ikunx kapaċi li jikseb l-approvazzjoni tal-Parlament għall-ftehim u l-iskeda Parlamentari dwar Brexit.

L-ewro kien sod, wara li tela’ għall-ogħla rata f’xahrejn fis-sessjoni ta’ qabel kontra d-dollaru, hekk kif l-investituri kienu qed jistennew il-Parlament Ingliż biex jivvotaw dwar l-Abbozz dwar il-Ftehim ta’ Brexit, għax dan kien jitfa’ dawl dwar meta u kif ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea. L-abbozz kien mistenni jitqiegħed għall-vot għal ħabta tat-8.00.

L-ewro ma kellu ebda żieda mar-rata ta’ $1.1146 wara li kien żdied għall-ogħla livell f’xahrejn kontra l-munita Amerikana. Kontra basket ta’ minuti, id-dollaru kien newtrali bl-indiċi jimmarka 97.32. Il-Yen ukoll ma wera ebda żieda minn 108.575 għal kull dollaru, mhux wisq ’il bogħod mill-inqas livell f’xahar u nofs tal-ġimgħa li għaddiet.

Indiċi

L-ishma Ewropej waqfu tlett ijiem ta’ telf illum, għax l-investituri komplew jittamaw li r-Renju Unit ser jirnexxielu jeħles minn ħruġ diżordinat, waqt li aġġornamenti finanzjarji mill-kumpaniji u kummenti dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina saħħew is-sentiment pożittiv.

Wall Street fetħet ogħla llum, wara li rapporti finanzjarji tajbin mill-kumpaniji naqqsu t-tħassib dwar it-tkabbir domestiku u l-effett tal-gwerra kummerċjali maċ-Ċina, waqt li żieda fil-prezz ta’ Biogen tat saħħa lis-settur tal-kura tas-saħħa.

Ekwiti lokali u bonds

Fl-ishma lokali, il-BMIT Technologies tilfu 0.93%; il-GO wrew żieda ta’ 5.34%; l-HSBC Bank Malta żdiedu 0.80%; il-Malta International Airport tilfu 0.67%, il-PG avvanzaw b’1.08% u l-FIMBank u MIDI ma wrew ebda ċaqliq.

Fis-settur tal-bonds lokali, il-Medserv 2020/23 tilfu 0.30%; l-AX Investments 2024 żdiedu 0.66%; il-Von der Heyden Group Finance 2024 tilfu 0.47%; in-1923 Investments 2024 tilfu 0.72%; il-Hili Properties 2025 naqsu b’1.38%, is-Central Business Centres 2025 tilfu 0.48%, u l-SD Finance 2027 naqsu b’0.71%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt żdiedu llum, wara li ċ-Ċina qalet li sar progress fit-taħditiet mal-Istati Uniti, iżda ż-żidiet kienu limitati minn tbassir ta’ żieda fil-ħażniet taż-żejt fl-Istati Uniti.

Il-prezzijiet tad-deheb żdiedu bi ftit qabel il-vot kruċjali mill-Parlamentari Ingliżi dwar il-ftehim dwar Brexit, għalkemm il-prospetti ta’ ftehim bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina llimitaw iż-żidiet.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-dollaru rkupra xi telf tal-bidu hekk kif l-istatistika ekonomika dgħajfa u t-tħassib dwar jekk l-Istati Uniti u ċ-Ċina humiex ser jilħqu ftehim laqtu ħażin l-appell tad-dollaru bħala munita sigura….

Barranin

Muniti Id-dollaru ftit li xejn inbidel wara li l-President Trump f’diskors li għamel ma ta ebda dettalji ġodda dwar il-gwerra kummerċjali maċ-Ċina. Il-Frank Żvizzeru tela’ għall-ogħla rata f’xahar kontra l-ewro…

Barranin

Muniti Id-dollaru kien aktar b’saħħtu kontra l-yen u l-Frank Żvizzeru hekk kif l-investituri kienu aktar ottimisti qabel diskors tal-President Trump, li fih mistenni li jipposponi tariffi fuq il-karozzi Ewropej b’sitt…

Barranin

Id-dollaru żamm iż-żidiet tiegħu kontra l-yen u l-frank Żvizzeru llum hekk kif l-investituri xtraw assi aktar riskjużi wara l-aħbar li ċ-Ċina u l-Istati Uniti qablu li jirtiraw tariffi bħala parti…

Aktar