Lokali
Id-deheb u l-fidda negozjati f’direzzjoni opposta

Muniti

Wara tentattiv lejn il-livell ta’ $1.2200, l-ewro rritorna lejn $1.2100, fejn qiegħed jikkonsolida ruħu. Il-par issa qed jalterna ż-żidiet mat-telf f’sentiment wiesa’ konsolidament fis-swieq globali. L-investituri qed ikomplu jistudjaw l-avvanz tal-coronavirus kontra t-tilqim li qed isir, il-miżuri ta’ lockdown ġodda fiċ-Ċina u l-potenzjal ta’ estensjoni tar-restrizzjonijiet preżenti fil-Ġermanja.

L-isterlina qed tkun negozjata qrib id-$1.3600 wara li l-Gvernatur tal-Bank of England, Andrew Bailey, ma tax importanza lejn l-aspettattiva ta’ interessi taħt iż-żero, u qal li din kienet kwistjoni kontroversjali. Il-par jinsab imsaħħaħ bil-kampanja ta’ tilqim fir-Renju Unit u sinjali tentattivi li juru li l-virus qed jilħaq il-quċċata tiegħu f’Londra.

Indiċi

L-indiċijiet Ewropej żdiedu rakkomandazzjonijiet pożittivi u żidiet f’ishma ekonomikament sensittivi minħabba l-aspettattiva ta’ stimulu akbar taħt il-Presidenza ta’ Joe Biden.

In-Nikkei tal-Ġappun żdied biex għalaq fl-ogħla livell fi 30 sena, hekk kif il-manifatturi tal-mediċina kienu fuq quddiem wara li l-mediċina ta’ Chugai Pharmaceutical kienet effettiva fil-kura tal-pazjenti bil-Covid-19. In-Nikkei żdied 0.09% wara li rkupra minn telf bikri waqt li t-Topix żdied 0.16%. L-Indiċi tal-Borża ta’ Malta żdied 0.19%.

Shares

L-ishma lokali llum kienu mħallta, bil-Malta International Airport javvanzaw 1.67% waqt li l-Medserv jitilfu kważi 4%. Fost dawk li kienu negozjati iżda mingħajr bidla fil-prezz kien hemm l-HSBC u l-Lombard li għalqu fil-prezz ta’ 86centeżmu u €1.98 rispettivament.
Among those that traded but without a change in price, we can find hsbc and Lombard, that closed at 86c and 1.98c respectively.

Bonds

F’ġurnata attiva, il-bonds tal-Bank of Valletta kienu fuqw quddiem f’territorju pożittiv u żdiedu kważi 2%. Il-Cablenet Communications, il-Von Der Heyden Group u l-Corinthia Finance żdiedu bejn il-1% u l-1.5%./ F’territorju negattiv kien hem mil-Hili Finance 2028, is-6pm Holdings u l-iStivala Finance li tilfu bejn it-2% u t-2.5%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezz taż-żejt tela’ għall-ogħla prezz fi 11-il xahar għal ftit inqas minn $57 kull barmil hekk kif provvista inqas u l-aspettattiva ta’ tnaqqis fil-ħażniet Amerikan ibbilanċjaw t-tħassib dwar iż-żieda fil-każi tal-koronavirus globalment.

L-Arabja Sawdija qed tippjana li tnaqqas il-produzzjoni b’1 miljun barmil żejjed kuljum matul Frar u Marzu biex twaqqaf iż-żieda fil-ħażniet. L-aħħar rapport dwar il-provvista mill-Istati Uniti huma mistennija li juru li l-ħażniet ta’ żejt mhux raffinat tbaxxew għall-ħames ġimgħa konsekuttiva.

Id-deheb u l-fidda kienu negozjati f’direzzjoni opposta fejn il-fidda żdiedet b’1% u d-deheb tilef ftit.