Barranin
Id-deheb żdied għall-ogħla prezz fi 8 snin hekk kif iż-żieda fil-każi tal-coronavirus tappnu t-tamiet ta’ rkupru ekonomiku

Muniti

Id-dollaru llum ħa pawsa wara jumejn infila ta’ telf, hekk kif bosta swieq finanzjarji naqqsu t-
tamiet ta’ rkupru ekonomiku globali ta’ malajr mill-pandemija. Il-munita Amerikana żdiedet
0.35% kontra l-ewro, hekk kif naqas is-sentiment ta’ riskju fin-negozju fl-Ewropa.

Pressjoni mill-bejgħ laqtet lil diversi muniti, fosthom l-Isterlina u l-ewro qabel naqset u b’hekk iż-
żewġ muniti ftit li xejn inbidlu wara nofsinhar. Id-Dollaru ta’ New Zealand baqa’ taħt pressjoni, bi
tnaqqis ta’ kważi 1% wara li l-bank ċentrali qal li l-bilanċ tar-riskji ekonomiċi baqa’ minn taħt u li
huwa ppreparat li juża għodod addizzjonali monetarji kif meħtieġ.

L-Isterlina ftit inbidlet kontra d-dollaru u l-ewro, u tilfet iż-żidiet riċenti kontra d-dollaru hekk kif
naqas is-sentiment ta’ riskju waqt li d-dollaru baqa’ b’saħħtu.

Indiċi

Il-prezzijiet tal-ishma Ewropej tbaxxew mill-ogħla livell f’ġimagħtejn hekk kif l-investituri saru
kawti wara żieda fin-numru ta’ każi ġodda tal-coronavirus globalment. Bosta stati tal-Istati Uniti
irrapportaw żidiet rekord ta’ kuljum fost it-tnaqqis tal-miżuri, waqt li rapport fil-midja, li qal li l-
pajjiżi tal-Unjoni Ewropea huma lesti li ma Amerikani jidħlu fiż-żona, kabbar t-tħassib ta’ aktar
restrizzjonijiet.

L-indiċijiet ewlenin ta’ Wall Street illum fetħu aktar baxxi, jum wara li anke n-Nasdaq irtira mil-
livell għoli rekord, għax l-investituri qed jeżaminaw ir-riskju lejn l-ekonomija domestika minn
żieda fil-każi tal-koronavirus f’bosta stati tal-pajjiż.

Ishma

Il-Borża ta’ Malta illum kienet pożittiva ħafna wara li ċ-ċaqliq ewlieni kien f’territorju pożittiv.

L-ishma tal-Bank of Valletta żdiedu 0.99%, l-HSBC Bank Malta żdiedu ukoll b’1.05%. Il-Malta
International Airport avvanzaw għal €5.80 kull sehem b’żieda ta’ 1.75%, il-Lombard Bank Malta
żdiedu bi 2.94%, l-International Hotel Investments b’4.46%, il-Plaza Centres b’5.10% u l- Main
Street Complex marru l-aħjar b’żieda ta’ 9.62%.

Fil-qasam tal-bonds lokali, il-Merkanti Holding 2026 kienu fuq quddiem fit-telf bi 3.65%, segwiti
mill-Medserv 2020-2023 li tilfu 1.31%. In-1923 Investments 2024 tbaxxew b’0.98%, il-Bortex
Group Finance 2027 b’0.97% u l-SP Finance 2029 għalqu bi tnaqqis ta’ 0.96%.
F’territorju pożittiv kien hemm l-International Hotel Investments 2024 bi 2.84% u l-Mercury
Projects Finance 2027 bi 3%.

Il-prezzijiet taż-żejt illum tbaxxew wara ż-żieda tal-bieraħ hekk kif inventarji kbar u tħassib dwar
it-tieni mewġa tal-pandemija għelbu lis-sostenn mill-ftuħ bil-mod tal-ekonomiji.

Il-Brent żdied minn taħt $15 f’April iżda baqa terz inqas mil-livell fit mien l-2019

Id-deheb żdied għall-ogħla prezz fi kwazi tmien snin hekk kif iż-żieda fil-każi tal-coronavirus
tappnu t-tamiet dwar irkrupru malajr ekonomiku u bgħatet lill-investituri lejn assi siguri.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank. Muniti Id-dollaru kien imwaħħal f’firxa dejqa, sostnut mill-flussi f’assi sikuri hekk kif il-qawmien mill-ġdid tal-coronavirus…

Barranin

Id-dollaru llum tbaxxa għall-inqas rata f’ġimgħa kontra r-rivali tiegħu hekk kif statistika ekonomika tajba mill-Istati Uniti u mill-Ewropa saħħew is-sentiment ta’ riskju, b’tamiet għal vaċċin kontra l-Covid-19 ikomplu jgħinu s-sentiment….

Barranin

Muniti Statistika ekonomika Ewropea tajba xprunat is-sentiment ta’ riskju llum, waqt li tilef l-ewro u l-indiċi tad-dollaru żdied xi ftit hekk kif  is-swieq finanzjarji bbilanċjaw tamiet għal rkupru ekonomiku globali…

Barranin

Muniti Grupp ġdid ta’ statistika ekonomika ħażina żammet lill-ewro u lill-isterlina taħt pressjoni hekk kif tbaxxa s-sentiment minħabba l-biża’ ta’ postijiet ġodda ta’ imxija qawwija tal-COVID-19 madwar id-dinja u li…

Aktar