Barranin
Id-dejn u l-ġlied politiku fl-Italja dgħajjef l-ewro

Muniti

L-ewro llum tbaxxa għall-inqas livell tas-sessjoni wara li rapport li l-Italja ser tbaxxi t-tbassir tat-tkabbir ekonomiku qajjem biża’ dwar tnaqqis aktar mifrux fl-ekonomija. Il-ġlied politiku dwar il-finanzi tal-Italja, li hija midjuna sewwa, wassal biex l-ewro jidgħajjef kontra d-dollaru.

L-Isterlina tilfet wara tliet ijiem ta’ żieda minħabba li kiber it-tħassib li r-Renju Unit riesaq lejn aktar dewmien għal Brexit.

Il-House of Lords bdiet id-dibatittu dwar leġiżlazzjoni li tisforza lill-Prim Ministru May li titlob dewmien għal Brexit biex ikun evitat ħruġ diżordinat fit-12 ta’ April mingħajr ftehim, wara li l-House of Commons approvat il-liġi b’vot wieħed.

Indiċi

Irkupru fil-prezzijiet tal-ishma fl-Ewropa waqaf illum qrib l-ogħla livelli fi tmien xhur fil-jum ta’ qabel, bis-suq jiffoka dwar l-għaqda bejn il-banek waqt li l-investituri stennew aktar żviluppi fit-taħditiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina.

L-ishma fl-Istati Uniti fetħu bla ċaqliq wara l-aħħar sensiela ta’ żidiet, għax nuqqas ta’ żviluppi ġodda fit-taħditiet maċ-Ċina u tħassib dwar it-tkabbir ekonomiku globali żammew lura lis-sentiment ta’ riskju.

Id-Dow Jones fetaħ bi tnaqqis ta’ 0.02% iżda malajr għola b’0.45% waqt li l-S&P 500 fetaħ b’żieda ta’ 0.02%. In-Nasdaq tilef 0.02%.

Ishma Lokali

Fil-qasam tal-ishma lokali, il-Malita Investments tilfu 5.29% waqt li kien hemmm tnaqqis ta’ 1.64% fil-MIDI. Il-Malta International Airport wrew żieda ta’ 0.75%.

Bonds Lokali

Fil-bonds lokali, l-Istivala Group Finance 2027 tbaxxew b’0.95% bl-International Hotel Investments 2026 (it-tieni serje) jitilfu 0.49%.

Il-prezzijiet taż-żejt Brent komplew jiżdiedu lejn is-$70 kull barmil għax it-tamiet ta’ tnaqqis fil-provvista globali għelbu lill-pressjonijiet minn inventarji u produzzjoni li qed jiżdiedu fl-Istati Uniti.

Il-prezz bil-quddiem tal-Brent wera żieda ta’ 12-il cent għal $69.43. Il-Brent laħaq id-$69.96 ilbieraħ-l-ogħla mit-12 ta’ Novembru.

Il-Brent żdied bi kważi 30% din is-sena waqt li l-United States West Texas Intermediate żdied bi kważi 40%. Il-prezzijiet kienu mbuttati mis-sanzjonijiet Ametrikani kontra l-Iran u l-Veneżwela, it-tnaqqis fil-produzzjoni mill-OPEC u domanda globali li qed tikber.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-Isterlina llum tbaxxiet minħabba tħassib li qed jikber li l-ġlieda dwar it-tmexxija tal-Partit Konservaittiv tista’ twassal għal tluq diżordinat mill-Unjoni Eweropea. Boris Johnson, li jinsab fuq quddiem nett biex…

Barranin

Muniti L-Isterlina tbiegħdet mill-inqas rati f’ħames xhur kontra l-Ewro wara li l-pagi fir-Renju Unit matul April żdiedu aktar milli kien mistenni. L-Isterlina dan l-aħħar kienet batuta hekk kif l-investituri qagħdu…

Barranin

Muniti Id-dollaru llum tħabat qrib l-inqas rata f’seba’ ġimgħat, minħabba li kulħadd qed jistenna li l-Federal Reserve ser inaqqas ir-rata tal-interessi bi tweġiba għar-riskji relatati mal-konflitti kummerċjali. L-indiċi tad-dollaru ma…

Barranin

Muniti L-Ewro b’mod ġenerali baqa’ sod bir-rata ta’ $1.1185, iżda l-investituri baqgħu kawti dwar il-prospetti tal-munita unika għax l-istatistika dwar is-settur tal-manifattura fiż-żona tal-ewro ċkienet għar-raba xahar – f’dak ta’…

Aktar