Barranin
Id-Deutsche Bank jiddefendi r-rekord tiegħu fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus

Il-ġimgħa li għaddiet l-ewro għadda minn fażi ta’ konsolidament kontra l-Isterlina wara dak li deher li kien laħaq qabeż l-inqas livell minn Awwissu. Dan iżda kien falz. Minn dak iż-żmien, il-firxa tal-azzjoni tal-prezz issolidifikat hekk kif l-investituri stennew dan l-iżvilupp.

L-uffiċċju tal-Prim Ministru Theresa May qal li l-Parlament Ingliż nhar it-Tnejn jivvota dwar il-ftehim Brexit u dan ifisser ċaħda ta’ suġġeriment ta’ diversi membri sabiex May tipprova toroq oħra biex tevita telfa tant kbira li tista’ twaqqa’ l-Gvern.

Xi volatilità tista’ tolqot lid-dollaru hekk kif joħorġu ċ-ċifri tal-impjiegi. Ir-rata ta’ qgħad bħalissa hija 3.7% u t-tbassir huwa li ser tibqa’ l-istess. Il-livell preċedenti wkoll kien f’dan il-livell u għalhekk kull diverġenza minnu tkun sorpriża, li meta wieħed jagħti kas li llum kienet il-Ġimgħa tista’ tagħti lok għal xi volatilità.

Ma kienx hemm nuqqas ta’ volatilità dawn il-jiem, u l-investituri għaqlija biegħu u xtraw. L-irkupru qawwi tal-bieraħ ġie minn sostenn minn linja tax-xejra preżenti u prezzijiet qrib l-inqas li kien hawn din il-Ħarifa. Waqt li t-tnaqqis qawwi u l-irkupru kkawża żieda fis-suq, u dalwaqt t-ton negattiv jwaqqaf l-irkupru.

Ilbieraħ kien hemm sens ta’ kapitulazzjoni fis-swieq globali, bl-indiċijiet Ewropej kollha negattivi. L-iSTOXX Europe 600 tilef 3.1%, l-ikbar waqgħa mill-vot tal-Brexit fl-2016. Minkejja dan ix-xiri bil-quddiem tal-EuroStoxx għola 1.6% qabel il-ftuħ tan-negozju fl-Ewropa.

L-aktar setturi milquta lbieraħ kienu dawk sensittivi għall-ekonomija bħal karozzi, iżda anke l-ishma tas-settur finanzjarju.

L-OPEC ilbieraħ laħqet ftehim proviżorju biex tnaqqas il-produzzjoni, iżda kienet qed tistenna impenn mir-Russja qabel ma tiddeċiedi dwar il-volum eżatt ta’ tnaqqis maħsub biex iqajjem il-prezzijiet.

Id-Deutsche Bank iddefenda r-rekord tiegħu fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus ilbieraħ wara li l-Financial Times irraportat li pproċessa 31 biljun ewro aktar f’fondi dubbjużi għal Danske Bank milli kien maħsub qabel.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-dollaru kien aktar baxx kontra l-parti l-kbira tal-muniti tal-Grupp tal-10 hekk kif il-Yen u l-Frank Żvizzeru avvanzaw minħabba tħassib dwar il-kummerċ, waqt li l-Isterlina ssaħħet għax l-investituri biegħu l-munita…

Barranin

L-Isterlina tbaxxiet għall-inqas rata tagħha fi kważi 18-il xahar waqt li kien hemm irkupru fil-bonds tal-Gvern Ingliż hekk kif kien irrapportat li l-Prim Ministru Ingliża Theresa May ħassret vot kruċjali…

Barranin

Muniti Iż-żona ewro mhux qed turi ebda sinjali ta’ tisħiħ ekonomiku bl-Italja f’xifer ta’ riċessjoni wara li l-gvern populista daħal f’battibekk mal-awtoritajiet Ewropej dwar il-pjanijiet tal-infiq. Bħalissa s-sitwazzjoni fir-reġjun magħmul…

Barranin

Ir-rata tal-Ewro ssaħħet kontra d-dollaru u kompliet bil-moviment ‘il fuq li kien beda l-ġimgħa li għaddiet. L-istatistika ppublikata llum turi li l-indiċi tal-produzzjoni taż-żona tal-ewro żdied għal 0.8%, il fuq…

Aktar