Barranin
Id-dgħufija tad-dollaru jħajjar l-investituri biex jinvestu fid-deheb

Muniti

L-ewro laħaq l-ogħla rata f’erba’ xhur u nofs illum hekk kif l-ottimiżmu dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina u l-prospetti dwar it-tkabbir ekonomiku globali ta daqqa lid-domanda għad-dollaru.

In-negozju fqir ta’ tmiem is-sena kabbar id-dgħufija usa’ tad-dollaru, li tbaxxa għat-tielet sessjoni infila u nhar il-Ġimgħa kellu l-akbar waqgħa minn Ġunju.

It-titjib fis-sentiment tal-konsumatur, li skoraġġixxa x-xiri tad-dollaru bħala munita sigura, żdied meta l-bank ċentrali taċ-Ċina ħabbar miżura biex tgħin fit-tnaqqis tal-ispejjeż tas-self u jgħin lit-tkabbir ekonomiku. L-investituri wkoll laqgħu bil-ferħa ż-żieda ta’ 8% fil-bejgħ bl-imnut fiċ-Ċina. L-ewro żdied għal $1.1211, l-ogħla minn Awwissu.

Kontra l-ewro, l-isterlina rkuprat it-telf bikri u żdiedet b’0.22% għal 85.26 pence. Tħassib li r-Renju Unit riesaq lejn Brexit bla ftehim fi tmiem l-2020 beda jolqot ħażin lill-Isterlina sa min-nofs Diċembru.

Indiċi

L-ishma Ewropej irtiraw illum, hekk kif l-investituri daħlu l-profitti wara perjodu tajjeb fl-ishma li poġġa l-indiċi ewlieni għall-aħjar sena mill-kriżi finanzjarja globali.

L-ishma Amerikani ma kellhom ebda moviment u baqgħu qrib l-ogħla livelli ta’ kull żmien, bl-S & P riesaq lejn l-aħjar sena mill-2014.

Ishma Lokali

L-ishma lokali llum kienu pożittivi bil-BMIT Technologies jiżdiedu bi 2.97% segwiti minn GO b’żieda ta’ 2.40%. L-HSBC BankMalta kellhom l-akbar żieda ta’ 10.17%. L-international Hotel Investments żdiedu b’1.70% u l-MIDI bi 8%. Il-MaltaPost avvanzaw b’0.77% u t-Trident Estates ma kellhom ebda movement.

Fil-qasam tal-bonds lokali, l-AX Investments 2026 żdiedu b’1.40% u l-iStivala Group Finance 2027 bi 2%. Il-Merkanti Holding 2026 tbaxxew b’0.58%; l-International Hotel Investments 2026 b’0.96% u l-Hili Finance Company 2028 b’0.5%. L-SP Finance 2029 tilfu u l-agħar li marru kienu l-Mercury Projects Finance 2031 li tilfu 1.17%.

Il-prezzijiet taż-żejt żdiedu għall-ogħla livell fi tliet xhur, mgħejuna minn ottimiżmu dwar il-mistenni ftehim kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina u statistika industrijali tajba waqt li l-investituri żammew attenzjoni fuq il-Lvant Nofsani wara l-attakki bl-ajru mill-Amerikani fuq l-Iraq u s-Sirja.

Il-prezz tad-deheb tela’ għall-ogħla livell f’xahrejn hekk kif dollaru aktar dgħajjef ħajjar lill-investituri jinvestu fid-deheb, bl-attakki militari Amerikani fil-Lvant Nofsani jipprovdu wkoll appoġġ limitat f’negozju fqir tal-vaganzi.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro tbaxxa għall-inqas rata f’xahrejn kontra l-yen għal 119.94 yen kmieni matul il-jum. Il-munita unika tilfet ukoll kontra l-Frank Żvizzeru, għall-inqas livell fi 33 xahar ta’ 1.0683 frank kull…

Barranin

L-ewro llum baqa’ qrib l-inqas rata kontra d-dollaru f’seba’ ġimgħat wara li l-Bank Ċentrali Ewropew deher aktar kawt milli mistenni, waqt li l-ansejtà dwar l-imxija tal-coronavirus fiċ-Ċina tat spinta lill-yen, meqjus bħala…

Barranin

Muniti L-ewro tilef 0.22% wara l-laqgħa mistennija tal-Bank Ċentrali Ewropew, waqt li l-yuan Ċiniż tbaxxa minħabba il-biża’ dwar it-tixrid tal-viarus. Ewro kien jiswa $1.1067. Il-President tal-Bank Ċentrali Ewropew, Christine Lagarde…

Barranin

Muniti L-ewro llum baqa’ fl-inqas livell f’xahar fost aspettattivi li l-Bank Ċentrali Ewropew ser jadottaw ton kawt meta jiltaqa’ għada. Stħarriġ mill-Istitut ta’ Riċerka Ġermaniż, ZEW, wera li s-sentiment tal-investituri…

Aktar