Id-dgħufija tad-dollaru ssaħħaħ l-ewro

Id-dollaru miexi lejn l-akbar telf f’ħames ġimgħat kontra r-rivali tiegħu hekk kif il-prospetti ta’ ftehim kummerċjali parzjali bejn iċ-Ċina u l-Istati Uniti kebbes il-ħeġġa għal muniti li jiffavorixxu l-kummerċ bħall-ewro u d-dollaru Awstraljan. Rapporti li l-Istati Uniti qed tikkunsidra patt monetarju maċ-Ċina li jista’ jara wkoll jissospendi żieda fit-tariffi ppjanat għall-ġimgħa d-dieħla żied l-interess f’assi riskjużi għalkemm in-negozjati kienu instabbli.

Id-dgħufija tad-dollaru wasslet għal tisħiħ tal-ewro bil-munita unika titla’ 0.5% għall-ogħla livell f’ġimgħatejn ta’ $1.10335 hekk kif il-hedge funds naqqsu fuq ir-riskji tagħhom.

Il-munita Ċiniża fis-suq offshore rat żieda għat-tieni jum u telgħet 0.3% kontra d-dollaru għal 7.1145 yuan għal kull dollaru.

L-Isterlina telgħet 0.4% għal $1.2247, għalkemm baqgħet qrib l-aktar livell baxx f’dan l-aħħar xahar minħabba inċertezza dwar il-ħruġ tal-Gran Brettanja mill-Unjoni Ewropea qabel ma toħroġ informazzjoni dwar dan.

Indiċi

L-ishma Ewropej niżlu fin-negozjati bikrin tal-Ħamis minħabba aħbarijiet negattivi għal kumpaniji tal-kura tas-saħħa u sensiela ta’ sorpriżi fil-gwerra kummerċjali bejn Ċina u Stati Uniti ftit qabel ma kellhom jibdew it-taħdidiet aktar tard mal-jum.

L-istokks Amerikani fetħu f’livell baxx hekk kif negozjaturi ewlenin mill-Istati Uniti u ċ-Ċina jiltaqgħu għall-ewwel darba sa minn Lulju biex jippruvaw jilħqu ftehim biex itemmu l-gwerra kummerċjali li ilha għaddejja 15-il xahar.

Bank of Valletta plc niżlu b’0.45%, BMIT Technologies plc tilfu 2.83%, GlobalCapital plc kellhom l-akbar telf b’17.78%, Malta International Airport plc telgħu 2%, Malta Properties Company plc għalqu b’mod pożittiv b’1.54%, RS2 Software plc telgħu b’1.05% u Simonds Farsons Cisk plc kienu wkoll pożittivi b’4.13%.

Bonds

4.25% GAP Group 2023 niżlu b’3.23%, 5.10% 1923 Investments 2024 telgħu b’0.71%, 5.10% 6PM Holdings 2025 niżlu 0.79%, 4.00% MIDI 2026 raw telf ta’ 1.85%, 4.00% International Hotel Investments 2026 niżlu 2.35%, u 3.50% Simonds Farsons Cisk 2027 niżlu 1.14%.

Prodotti essenzjali

L-OPEC baxxew xi ftit it-tbassir għat-tkabbir tad-domanda għaż-żejt għat-tielet xahar konsekuttiv minħabba dejta aktar dgħajfa milli maħsub fir-reġjun tal-Paċifiku tal-Asja kif ukoll ekonomiji avvanzati fil-kontinent Amerikan.

Din il-mossa għandha mnejn iżżid pressjoni ta’ tkabbir fuq il-grupp iddominat mil-Lvant Nofsani biex jimponi aktar qtugħ fil-produzzjoni fil-laqgħa ta’ Diċembru li ġej.

Aħbarijiet Oħra

L-ewro żammet soda kontra d-dollaru Amerikan illum it-Tnejn wara livelli baxxi hekk kif id-dollaru żamm il-qligħ tiegħu minħabba ottimiżmu dwar il-possibbiltà li l-Istati Uniti u ċ-Ċina jnaqqsu t-tariffi li xekklu…

Barranin

Id-dollaru żamm iż-żidiet tiegħu kontra l-yen u l-frank Żvizzeru llum hekk kif l-investituri xtraw assi aktar riskjużi wara l-aħbar li ċ-Ċina u l-Istati Uniti qablu li jirtiraw tariffi bħala parti…

Barranin

draft

Barranin

Muniti L-isterlina llum tbaxxiet għall-inqas rata f’ġimagħtejn wara li żewġ uffiċjali tal-Bank of England bla mistenni jivvutaw sabiex inaqqsu r-rati tal-interessi dan ix-xahar, u oħrajn qalu li huma jikkunsidraw tnaqqis…

Aktar