Barranin
Id-dħul mill-bonds u s-saħħa tad-Dollaru jiżdiedu

Id-Dollaru kompla jiżdied u ser jagħlaq il-ġimgħa bl-aħjar prestazzjonni tiegħu f’sena u nofs hekk kif żieda fid-dħul minn bonds tat-Teżor ħajret lill-investituri li jinvestu fid-Dollaru u jitilqu muniti ta’ ekonomija emerġenti.

Kontra r-rivali tiegħu, id-Dollaru żied 0.2% għal 91.71 mit-12 ta Jannar. Fuq ġimgħa huwa wera żieda ta’ aktar minn 1.5% u ser jkollu l-aħjar prestazzjoni minn Novembru 2016.

Waqt li d-Dollaru għal aktar minn sena injora d-differenza fid-dħul mill-bonds bl-investituri jippreferu li jagħtu aktar importanza lill-irkupru ekonomiku f’ekonomija maġġuri, notevolment l-Ewropa, iż-żieda din il-ġimgħa fid-dħul mill-bonds tat-Teżor Amerikan ta’ ‘l fuq minn 3% sfurzaw lill-investituri li jirrikonoxxu t-twessiegħ tad-differenza favur il-munita Amerikana.

Michael Sneyd, mill-Istrateġija tal-kambju f’BNP Paribas ta’ Londra qal li r-rati fl-Istati Uniti ftit kienu jolqtu lid-Dollaru, issa iva u nissuġġerixxu li hemm ambitu aktar sabiex l-investituri jikkunsidraw il-pożizzjoni.

L-Isterlina waqgħet għall-inqas livell f’sitt ġimgħat kontra d-dollaru hekk kif l-investituri jistennew l-istatistika dwar it-tkabbir ekonomiku li jista’ jiddetermina jekk il-Bank of England jgħoliex jew le r-rati tal-interessi f’Mejju.

Il-President tal-Bank Ċentrali Ewropew Mario Draghi lbieraħ qal li l-pajjiżi kollha taż-żona tal-Ewro esperjenzaw xi moderazzjoni fit-tkabbir jew tnaqqis fil-momentum fil-ġimgħat riċenti, hekk kif il-bank qed jistudja kif jibda jnaqqas il-miżuri tiegħu adottati matul il-kriżi finanzjarja.

Meta tkellem mal-ġurnalisti wara l-laqgħa tal-Kunsill Governattiv tal-Bank, Draghi qal li l-parti l-kbira tad-diskussjoni kienet dwar is-sitwazzjoni ekonomika.

Is-swieq finanzjarji mhumiex jaqblu dwar jekk il-Bank of England huwiex ser iżid ir-rati biex inaqqas l-inflazzjoni matul il-laqgha f’Mejju. Il-gvernatur Mark Carney tappan il-fiduċja li sseħħ iż-żieda meta qal li l-istatistika ekonomika tal-ġimgħa li għaddiet kienet “imħallta” u li kien hemm diversi laqgħat tal-bank matul din is-sena.

Il-prezzijiet taż-żejt tbaxxew, iżda l-Brent b’mod ġenerali żamm iż-żidiet mis-sessjoni ta’ qabel fost tħassib li l-Iran ser jintlaqat minn sanzjonijiet u b’hekk tonqos il-provvista.

Il-prezzijiet ta’ referenza bil-quddiem tilfu 27 cents, jew 0.4% għal $74.47 kull barmil waqt li l-bieraħ kellhom żieda ta’ 1%.

Il-prezzijiet tad-deheb baqgħu qrib l-inqas livell f’ħames ġimgħat u ser juri tnaqqis ta’ 1% għal din il-ġimgħa milqutin minn Dollaru b’saħħtu, żieda fid-dħul mill-bonds u tnaqqis mit-tħassib ġeo-politiku.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-Ewro, li waqa’ għall-inqas rata fi 13-il xahar kmieni l-ġimgħa li għaddiet fost tħassib li l-kriżi Torka tolqot ħażin lill-banek Ewropej, żdied illum. Id-Dollaru tbaxxa llum wara li l-President Donald…

Barranin

L-Ewro tbaxxa llum hekk kif id-dollaru ssaħħaħ qabel it-taħditiet kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina, li huma mistennija din il-ġimgħa. L-investituri jittamaw li dawn inaqqsu t-tensjonijiet bejn l-akbar żewġ ekonomiji…

Lokali

Muniti L-isterlina baqgħet qrib l-inqas rata fi 13-il xahar, hekk kif l-investituri saħħew il-fehma li d-dollaru ser ikompli jissaħħaħ u minħabba l-inċertezza dwar jekk ir-Renju Unit hux ser jikseb ftehim…

Barranin

Muniti L-Ewro tbaxxa għall-inqas rata fi 13-il xahar, il-muniti tas-swieq emerġenti komplew jitilfu u l-Yen tela’ għall-ogħla rata f’sitt ġimgħat għax il-waqgħa fil-valur tal-lira Torka wasslet biex l-investituri jfittxu muniti…

Aktar