Barranin
Id-diskors ta’ Trump ma jispirax fiduċja f’min irid jinvesti fid-dollaru

Muniti

Id-dollaru tbaxxa bi kwart ta’ ċenteżmu, u riesaq lejn l-akbar tnaqqis f’xahar fi kważi sentejn, hekk kif l-ewwel diskors tal-President Trump dwar l-Istat tal-Unjoni ftit ta kuraġġ lil dawk li jridu jixtru jew jinvestu fid-dollaru. Kontra basket ta’ muniti rivali, id-dollaru tilef 0.25% f’negozju bikri f’Londra, u b’hekk it-tnaqqis matul Jannar tela’ għal 3.5%, l-ikbar tnaqqis f’xahar minn Marzu 2016.

L-isterlina tilfet kontra d-dollaru u kontra l-ewro wara l-aħbar li uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea ma laqgħux il-proposti tas-City of London biex jintlaħaq ftehim għal wara Brexit dwar il-kummerċ ħieles fis-servizzi finanzjarji. Il-lira xorta kienet riesqa lejn l-aħjar xahar kontra d-dollaru minn Lulju 2010. Hija żdiedet madwar 4.7% mill-bidu tas-sena hekk kif il-munita Amerikana ddgħajfet b’mod ġenerali u hekk kif l-investituri saru ottimisti dwar l-ekonomija Ingliża u l-prospetti dwar ftehim dwar Brexit. Iżda l-isterlina tilfet illum wara li Reuters irrapporta li uffiċjali tal-Unjoni Ewropea qalu lill-finanzjieri Ingliżi li huma mhux ser jaqblu ma’ ftehim li jippermetti kumpaniji finanzjarji li joperaw fis-swieq ta’ xulxin mingħajr ostakli, għaliex ir-Renju Unit qal li jrid joħroġ mis-suq uniku.

L-ewro mar tajjeb illum bl-aħjar prestazzjoni tkun kontra l-yen.

Indiċi

L-ishma Ewropej għamlu rkupru parzjali mill-waqgħa fis-sessjoni preċedenti hekk kif l-investituri studjaw għadd imħallat ta’ riżultati finanzjarji mill-akbar kumpaniji tar-reġjun. L-indiċijiet Ewropej kienu pożittivi b’madwar 0.2%, waqt li l-indiċi Ġappuniż, it-Topix tilef 1.15%. L-indiċi tal-Borża ta’ Malta għalaq f’territorju pożittivi kif fetħu dawk fl-Istati Uniti.

Ishma Lokali

Fis-sessjoni tal-ishma lokali, it-Trident Estates kienu fuq quddiemnett u żdiedu b’aktar minn 22.5% u għalqu fil-prezz ta’ €1.52. L-ishma tal-HSBC żdiedu b’aktar minn 1% waqt li kien hemm żidiet ta’ aktar minn 0.5% fis-Santumas u fil-Bank of Valletta. Il-Malta International Airport kellhom telf ta’ 0.41%.

Bonds

Fis-sessjoni tal-bonds, il-Bank of Valletta 2020 żdiedu b’0.76% għax illum it-territorju negattiv kien aktar notevoli. It-Tumas Investments żdiedu 0.5%. Il-Hili Properties u d-Dizz Finance tilfu qrib il-1%.

Indikaturi Ekonomiċi

Il-qgħad fiż-żona tal-ewro kompla fl-istess livelli tax-xhur ta’ qabel. Ir-rata tal-qgħad baqgħet fuq livelli għolja, mingħajr ebda bidla, skont it-tbassir ta’ 8.7%. Din hija kważi d-doppju tar-rata fl-Istati Uniti u fir-Renju Unit fejn ir-rata tal-qgħad hija ftit aktar minn 4%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezz taż-żejt mhux maħdum waqa’ għat-tielet jum wara l-ieħor wara statistika li wriet li l-inventarji fl-Istati Uniti kibru aktar milli kien mistenni, iżda l-prezz xorta riesaq lejn l-akbar żieda f’Jannar f’ħames snin.

Id-deheb irkupra hekk kif id-dollaru reġa’ qabad in-niżla, iżda analisti jgħidu li d-deheb huwa vulnerabbli għad-dgħufija qabel is-Sena Lunari ġdida fiċ-Ċina u jekk jibda jinbiegħ bil-kbir.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Muniti L-isterlina baqgħet qrib l-inqas rata fi 13-il xahar, hekk kif l-investituri saħħew il-fehma li d-dollaru ser ikompli jissaħħaħ u minħabba l-inċertezza dwar jekk ir-Renju Unit hux ser jikseb ftehim…

Barranin

Muniti L-Ewro tbaxxa għall-inqas rata fi 13-il xahar, il-muniti tas-swieq emerġenti komplew jitilfu u l-Yen tela’ għall-ogħla rata f’sitt ġimgħat għax il-waqgħa fil-valur tal-lira Torka wasslet biex l-investituri jfittxu muniti…

Lokali

Id-dollaru żdied għall-ogħla livell fi 13-il xahar kontra grupp ta’ muniti u kien hemm ukoll żieda tajba fir-rata tal-yen, bis-sentiment tal-investituri għar-riskju jonqos fost tensjonijiet globali kummerċjali li qed jiżdiedu…

Barranin

Muniti Id-Dollaru żdied kontra l-parti l-kbira tal-muniti ewlenin hekk kif l-investituri huma tal-fehma li d-diskors dwar il-gwerra kummerċjali u l-ekonomija soda tal-Istati Uniti ser ikomplu jgħinu lill-munita. It-tensjonijiet kummerċjali qed…

Aktar