Barranin
Id-diżgwid bejn Franza u l-Italja kompla jgħaddas lill-munita unika ‘l isfel

Muniti

Id-dollaru huwa ogħla għas-sitt jum u għal ftit ħin laħaq l-ogħla rata f’xahar hekk kif t-tħassib dwar it-tkabbir fl-Ewropa qed ikollu effett ħażin fuq l-ewro. L-Isterlina kisbet lura t-telf wara li l-Bank of England ma messx ir-rati tal-interessi u baxxa t-tbassir tiegħu dwar it-tkabbir ekonomiku għall-ekonomija Ingliża.

L-ewro tilef 0.17% kontra d-Dollaru għal $1.1345, wara li l-Kummissjoni Ewropea baxxiet it-tbassir tagħha għat-tkabbir fiż-żona tal-ewro, bit-tbassir dwar id-dħul mnaqqas. Aktar dgħufija fil-bonds Taljani u s-sejħa lura minn Franza tal-ambaxxatur fl-Italja kompla jagħfas lill-munita unika għall-inqas rata rata fi kważi ġimagħtejn.

Barra minn dan, l-ewro tilef 0.58% kontra l-Isterlina; 0.25% kontra d-Dollaru Awstraljan; 0.37% kontra l-Yen u 0.33% kontra l-Frank Żvizzeru.

Il-munita żdiedet 0.18% kontra d-Dollaru Kanadiż.

Indiċi

Il-prezzijiet tal-ishma fl-Istati Uniti tbaxxew għat-tieni jum hekk kif kiber it-tħassib li t-tnaqqis fl-ekonomija globali qed jinfirex, waqt li d-domanda għall-bonds Ewropej żdiedet wara li tbaxxa it-tbassir għall-akbar ekonomiji taż-żona.

Il-FTSE 100 tilef 0.38%; l-iSTOXX 1.03%; id-DAX 1.74% u l-CAC 40 0.91%.

Kien hemm tnaqqis fil-ftuħ ta’ 0.08% fid-Dow Jones u żieda ta’ 0.316% fl-indiċi tal-Borża ta’ Malta.

Ishma

Fil-qasam tal-ishma lokali, l-akbar żieda llum kienet ta’ 3.05% fil-prezz tal-PG segwita mill-Malta International Airport b’żieda ta’ 2.36% u l-Malta Properties Company b’1.94%. L-International Hotel Investments kellhom tnaqqis fil-prezz ta’ 1.61%.

Bonds

Fil-bonds lokali, l-International Hotel Investments 2024 tilfu 2.98% segwiti mill-Hal Mann Vella Group 2024 b’1.01%. F’territorju pożittiv kien hemm in-1923 Investments 2024 b’żieda ta’ 1.85%.

Il-prezz tal-Brent tbaxxa b’0.53% għal $62.45 waqt li l-U.S.Light Crude tbaxxa taħt l-$54 bi tnaqqis ta’ 1.02% għal $53.55.

Id-deheb kellu żieda ta’ 0.30% għal $1,310.73 waqt li ż-żieda fil-fidda kienet ta’ 0.12% għal $15.70.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro baqa’ taħt pressjoni kontra d-Dollaru Amerikan wara l-ħruġ ta’ statistika ekonomika dwar il-Ġermanja li kienet dgħajfa aktar milli maħsub. L-ewro tilef 0.15% għal $1.1210. Barra dan, l-ewro tbaxxa…

Barranin

Muniti L-Isterlina tbaxxiet illum hekk kif kompla l-irkupru tad-dollaru, u l-istatistika tajba dwar il-bejgħ bl-imnut fir-Renju Unit ma kinetx biżżejjed biex tqajjem lill-munita mis-sitwazzjoni li tinsab fiha wara l-estensjoni ta’…

Barranin

Muniti L-ewro llum tbaxxa wara li diversi uffiċjali tal-Bank Ċentrali Ewropew urew dubji dwar l-irkupru pproġettat fit-tkabbir ekonomiku fit-tieni nofs tas-sena. It-tħassib dwar l-ekonomija taż-żona tal-ewro ħabat ħames ġimgħat wara…

Barranin

Rappreżentanti ta’ Valletta Cruise Port u l-Awtorità tat-Turiżmu flimkien ma’ partijiet interessati pparteċipaw fis-Seatrade Cruise Global 2019 f’Miami. Is-Seatrade Cruise Global huwa l-pjattaforma ewlenija tal-industrija fejn ‘il fuq minn 11,000…

Aktar