Barranin, Lokali
Id-dollaru Amerikan daħal f’firxa dejqa

Muniti Kontra l-Ewro

Id-dollaru Amerikan daħal f’firxa dejqa illum wara iż-żidiet qawwija ta’ dan l-aħħar hekk kif il-Federal Reserve qed iħejji għal-laqgħa ta’ jumejn li fiha huwa mistenni li jżid ir-rati tal-interessi għall-ħames darba mill-2015. L-isterlina żdiedet u l-bonds bil-quddiem Ingliżi tbaxxew, wara statistika li wriet li l-inflazzjoni fir-Renju Unit laħqet bla mistenni l-ogħla ċifra fi kważi sitt snin f’Novembru, u dan poġġa pressjoni fuq il-Bank of England biex iżid ir-rati tal-interessi għal darb’oħra s-sena d-dieħla.

Indiċi

Fil-ftuħ tan-negozju id-Dow Jones fetaħ 0.39% ogħla. L-indiċi ewlenin fl-Ewropa wkolll kienu f’territorju pożittiv bil-FTSE100, l-ISTOXX 50, u d-DAX wrew żieda ta’ 0.38%, 0.28% u 0.16% rispettiva, men ty.

Ishma Lokali

Kien hemm għadd ta’ movimenti fis-suq tal-ishma lokali bil-FIMBank u l-RS2 Software jiżdiedu b’7.86% u 3.24% rispettivament. Il-Mapfre Middlesea u l-Malta Properties Company tilfu 1.82% u 2.86% rispettivament.

Bonds Lokali

Ix-xena tal-bonds lokali llum kienet volatili ħafna. Il-Bortex Group Finance 2027 u l-Bank of Valletta 2030 (it-Tieni Serje) żdiedu b’0.64% u 0.51% rispettivament. Il-MIDI 2026, l-International Hotel Investments 2026 għalqu f’territorju negattiv b’0.01% u 0.02% rispettivament.

Indikaturi Ekonomiċi

Is-sentiment fost l-investitur Ġermaniż ħżien aktar milli kien mistenni matul Diċembru skond stħarriġ maħruġ illum, u dan jirrifletti l-inċertezza dwar lil-politiki tal-gvern li għad irid jiġi ffurmat. L-istitut ta’ riċerka ZEW qal li s-sentiment waqa’ għal 17.4 minn 18.7 li kien f’Novembnru.

Prodotti Essenzjali

Il-prezz taż-żejt għola għal aktar minn $65 kull barmil għall-ewwel darba minn nofs l-2015 wara l-għeluq l-akbar pipeline tar-Renju Unit fil-Baħar tat-Tramuntana li jgħin jiġi ffissat il-prezz ta’ referenza. Id-deheb tbaxxa ftit iżda kien għadu qrib l-inqas livell fi kważi ħames xhur qabel iż-żieda mistennija fir-rati tal-interessi fl-Istati Uniti.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Leġiżlazzjoni maħsuba biex tiskansa għeluq imminenti tal-uffiċċji federali fl-Istati Uniti iltaqgħet ma’ ostakli fis-Senat Amerikan tard ilbieraħ minkejja li ftit sigħat qabel il-Kamra tar-Rappreżentanti kienet approvat l-abbozz ta’ liġi dwar…

Barranin

Muniti Kontra l-Ewro   Id-Dollaru żdied wara li kmieni fis-sessjoni kien l-laħaq l-inqas livell fi tliet snin hekk kif id-dħul aktar mill-Bonds tat-Teżor ħajru lill-investituri li jnaqqsu s-sentiment kontra d-dollaru….

Barranin, Lokali

Muniti Kontra l-Ewro L-ewro llum tilef kważi ċenteżmu wara li kien tela’ għall-ogħla livell fi tliet snin ‘il fuq minn $1.23, hekk kif xi investituri kabbru l-ottimiżmu dwar il-munita, għalkemm…

Barranin

Muniti Kontra l-Ewro L-Ewro tbaxxa mill-ogħla rata għal tliet snin għax l-investituri biegħu l-munita minħabba dubju li l-Bank Ċentrali Ewropew jista’ jwarrab il-wegħda tiegħu li jkompli jixtri l-bonds fil-laqgħa tal-ġimgħa…

Aktar