Barranin
Id-dollaru Amerikan jaqa’ għall-inqas rata f’sentejn

Din hija ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji miġbura minn BNF Bank

Muniti

Id-dollaru Amerikan waqa’ għall-inqas rata tiegħu f’sentejn hekk kif qed tikber il-pressjoni fuq il-Federal Reserve biex jillaxka l-politika monetarja minħabba li żieda fil-każi tal-coronavirus qed tkabbar id-domanda għal muniti aktar riskjużi bħala Krona Norveġiża u d-Dollaru Awstraljan. Is-swieq finanzjarji jistennew li dawk li jfasslu l-politika li jżommu lura dwar passi ġodda, iżda rati ta’ infezzjonijiet ġodda qed iwasslu lil xi analisti li jbassru gwida il quddiem b’saħħitha mill-Federal Reserve dwar aktar azzjonijiet fil-politika monetarja.

L-ewro żdied 0.38% għal $1.1754 għalkemm irtira mir-rata ta’ $1.17815 ta nahr it-Tnejn li kienet l-ogħla fi 22 xahar. Għall-investituri, is-saħħa tal-ewro kienet sostnuta mill-ftehim ta’ stimulu fiskali riċenti maqbul bejn il-mexxejja tal-Unjoni Ewropea l-ġimgħa li għaddiet u xi analisti qed jistennnew li l-munita unika tibqa tissaħħaħ f’terminu qasir.

L-Isterlina ibbenefikat bil-waqgħa tad-dollaru u żdiedet 0.3%, iżda ma kellha ebda movement kontra l-ewro għax qed tikber l-impressjoni li l-bqija tad-dinja qed tiġġieled il-pandemija ferm aħjar mill-Istati Uniti.

Indiċi

L-ishma fl-Ewropa fil-parti l-kbira tagħhom ma kellhom ebda moviment hekk kif l-investituri eżaminaw  għadd kbir ta’ rapporti finanzjarji mill-banek ewlenin bħad-Deutsche Bank u Barclays, waqt li jistennew id-deċiżjoni mill-Federal Reserve.

L-indiċijiet ewlenin ta’ Wall Street kienu resqin lejn żieda fil-ftuħ hekk kif għadd ta’ rapporti finanzjarji tajbin mill-kumpaniji u tamiet ta’ sentiment moderat mill-Federal Reserve għelbu t-tħassib dwar il-passi li jmiss għal pjan ta’ sostenn mill-gvern Amerikan dwar il-pandemija.

Shares

Fil-qasam tal-ishma lokali, dawk ta’ Simonds Farsons Cisk kienu fuq quddiem bit-tnaqqis ta’ 5.03%; l-International Hotel Investments tilfu 1.85%, l-HSBC Bank Malta u l-Malita Investments tilfu 1.08% waqt li l-Harvest Technology għalqu bi tnaqqis ta’ 0.67%.

F’territorju pożittiv kien hem mil-BMIT Technologies li żdiedu 0.83% u l-aħjar li marru kienu l-ishma tal-Bank of Valletta b’żieda ta’ 1.02%.

Bonds

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, il-Hili Finance Company  2028 tbaxxew bi 3.06%; il-Premier Capital 2026 naqsu b’1.28%, it-TUM Finance  2029 tbaxxew b’0.50% u d-Dizz Finance 2026 tilfu 0.30%.

F’territorju pożittiv kien hemm il-Merkanti Holding  2026 b’0.99% u l-SP Finance  2029 marru l-aħjar b’żieda ta’ 1%.

Prodotti Essenzjali 

Il-prezz taż-żejt illum żdied wara waqgħa mhux mistennija fil-ħażniet taż-żejt mhux raffinat fl-Istati Uniti, iżda t-tħassib dwar id-domanda fost żieda fil-każi tal-coronavirus f’xi stati Amerikani illimita iż-żieda. Il-Brent  żdiedu b’0.93%, għal $43.62 kull barmil waqt li l-United States West Texas Intermediate żdied 0.63%, għal $41.30 kull barmil.

Skont statistika mill-American Petroleum Institute l-ħażniet ta’ żejt mhux raffinat fl-Istati Uniti tbaxxew b’6.8 miljun barmil il-ġimgħa li għaddiet għal 531 miljun barmil.

Il-prezz tad-deheb tbaxxa hekk kif l-investituri biegħuh biex kisbu profit mill-perjodu tajjeb li kellu iżda imbagħad daħlet il-kwatela hekk kif l-investituri qed jistennew tmiem il-laqgħa tal-Federal Reserve li mistennija issostni politika moderata biex tkun megħjuna l-ekonomija.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-Isterlina żammet ‘il fuq minn $1.30 u żammet maż-żidiet riċenti minħabba d-djufija tad-dollaru, li ibbilanċjaw sewwa l-impatt ta’ tnaqqis rekord fil-produzzjoni ekonomika fir-Renju Unit.  L-Isterlina kompliet timxi ‘il quddiem…

Barranin

Muniti L-ewro llum żdied wara li s-sentiment tal-investitur fil-Ġermanja tjieb aktar milli mistenni matul Awwissu. L-istħarrig mill-Istitut ZEW dwar is-sentiment ekonomiku tela għal 71.5 minn 59.3 tax-xahar ta’ qabel, ferm…

Barranin

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta kul nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank. Muniti Tnaqqis ta’ 10% fil-valur tad-dollaru Amerikan minn Marzu xpruna r-ritorn għall-investituri barranin fl-akbar suq tal-bonds tal-gvern…

Barranin

Muniti L-ewro illum kien dgħajjef kontra l-muniti kollha, għalkemm huwa kellu xi żidiet kontra l-muniti Nordiċi. L-isterlina ssaħħet għall-ogħla rata f’ħames xhur kontra d-dollaru u riesqa lejn id-$1.32 wara li…

Aktar