Barranin
Id-dollaru Amerikan jitbaxxa kontra l-parti l-kbira tal-muniti

Muniti

Id-dollaru Amerikan llum tbaxxa kontra l-parti l-kbira tal-muniti hekk kif rkupru f’assi riskjużi bħall-ishma globali u prodotti essenzjali naqqsu d-domanda għall-munita Amerikana meqjusa bħala sikura.

L-ewro żdied 0.1% għal $1.1342 anke wara li l-istatistika dwar l-esportazzjoni Ġermaniża ma laħqitx l-aspettattivi tal-analisti. L-ewro fil-bidu tela’ għall-ogħla livell f’xahar ta’ $1.1371. Kontra l-Isterlina l-ewro tilef 0.29%.

L-Isterlina żdiedet 0.4% kontra d-dollaru wara l-investituri damu ma wieġbu għall-pjani tal-Ministru tal-Finanzi Rishi Sunak biex iqajjem l-ekonomija, waqt li r-riskji tal-Brexit komplew jitfgħu pressjoni fuq il-munita Ingliża.

Indiċi

L-ishma Ewropej żdiedu llum hekk kif il-kumpanija ġgantija tas-sioftware SAP wriet rkupru fin-negozju tagħha mid-daqqa tal-coronavirus u s-swieq finanzjarji Ċiniżi stennew l-irkupru, u b’hekk sostnew is-sentiment ta’ riskju fil-kontinent.

L-ishma fl-Istati Uniti fetħu bla moviment minkejja statistika li turi xejra ‘l isfel fin-nies qegħda.

Shares

Fis-suq tal-ishma lokali, il-Bank of Valletta kien fuq quddiem tat-tnaqqis bi 2%. Il-Malta International Airport għalqu bil-prezz ta’ €5.65 kull sehem f’telf ta’ 1.74% waqt li kien hemm tnaqqis ta’ 0.58% fl-ishma tal-GO.

Il-Malta Properties Company, il-PG. u l-RS2 Software kienu negozjati bla bidla fil-prezz. L-uniku sehem li żdied kien dak tal-HSBC Bank Malta b’żieda ta’ 3.78% għall-prezz ta’ €0.96 kull sehem.

Bonds

Fil-bonds lokali, il-Mercury Projects Finance  2031 tilfu 2.86%, l-International Hotel Investments  2021  tbaxxew bi 49%, l-iStivala Group Finance  2029 tilfu 0.49%, il-Grand Harbour Marina 2027 tbaxxew b’0.48% u l-SD Finance 2027 tbaxxew b’0.01%.

F’territorju pożittiv, il-Premier Capital  2026 żdiedu 0.40% u l- Hili Properties2025 għalqu b’żieda ta’ 0.94%.

Prodotti Essenzjali

It-tħassib dwar għeluq mill-ġdid minħabba l-coronavirus fl-Istati Uniti għeleb is-sinjali ta’ rkupru fil-fjuwil fil-pajjiż biex illimita żieda fil-prezz taż-żejt. Is-suq ukoll qed jistenna qabel laqgħa fil-15 tal-OPEC u l-alleati.

Statistika mill-Amministrazzjoni ta’ Informazzjoni dwar l-Enerġija tal-Istati Uniti turi li l-ħażniet tal-fjuwil fil-pajjiż tbaxxew b’4.8 miljun barmil il-ġimgħa li għaddiet, ħafna aktar milli kienu qed jistennew l-analisti, hekk kif id-domanda laħqet l-ogħla livell mill-20 ta’ Marzu.

Id-deheb żamm il fuq minn $1,800 illum, qrib l-ogħla livell f’disa’snin milħuq fis-sessjoni ta’ qabel minħabba biża li għaddej dwar iż-żidiet fil-coronavirus li jistgħu jwaqqfu l-irkupru tal-ekonomija globali.

Il-fidda żdied 1.1% għal $18.98, wara li qabel laħaq l-ogħla livell minn Settembru 2019 ta’ $19.02.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro illum kien dgħajjef kontra l-muniti kollha, għalkemm huwa kellu xi żidiet kontra l-muniti Nordiċi. L-isterlina ssaħħet għall-ogħla rata f’ħames xhur kontra d-dollaru u riesqa lejn id-$1.32 wara li…

Barranin

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji miġbura minn BNF Bank: Muniti L-isterlina tbaxxiet u tilfet iż-żidiet bikrin wara li d-dollaru Amerikan żdied kontriha, waqt li l-biża’ tat-tieni mewġa ta’ coronavirus…

Barranin

Insellmilkom din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank Muniti Id-dollaru llum waqa’ għall-inqas rata f’sentejn u riesaq lejn l-agħar tnaqqis f’xahar f’perjodu…

Barranin

L-ewro rtira wara jumejn żieda kontra d-dollaru, hekk kif il-Ġermanja rrapportat produzzjoni ekonomika diżappuntanti għat-tieni kwart tas-sena u l-Federal Reserve żamm l-appoġġ tiegħu għall-ekonomija Amerikana. L-ewro jidher li ser jagħlaq…

Aktar