Barranin
Id-dollaru Amerikan jitbaxxa mill-ogħla rata tiegħu f’xahrejn

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minnn BNF Bank.

Muniti

Id-dollaru Amerikan tbaxxa mill-ogħla rata tiegħu f’xahrejn għax tamiet ta’ stimulu ġdid naqqas it-tħassib tal-investituri dwar l-irkupru ekonomiku, waqt li l-yuan Ċiniż żdied wara li l-pajjiż żdied mal-indiċi tal-bonds mondjali. Madankollu, id-dollaru kien riesaq lejn l-akbar żieda f’ġimgħa fi kważi sitt xhur, bl-investituri mhux konvinti jekk ix-xejra ‘il fuq tal-munita – u l-korrezzjoni fl-assi riskjużi li għenitha – waslitx fl-aħħar.

Il-banek fiż-żona ewro kienu qed iħejju għal doża oħra ta’ finanzjament irħis mill-Bank Ċentrali Ewropew. L-ewwel sensiela ta’operazzjonijiet finanzjarji ser jagħtu lill-banek self fit-tul b’rati ta’ interessi sa 1% taħt iż-żero sakemm huma jselfu l-flus lill-kumpaniji u familji. L-ammont li mistenni li jittieħed illum mistenni jkun ferm inqas mis-somma record ta’ €1.3 triljun fl-istess operazzjoni tliet xhur ilu. L-istimi ivarjaw minn €10 biljun minn Barclays għal €200 miljun minn NatWest. L-ewro tbaxxa hekk kif tħabbru r-riżultati. Is-self kellu rata ta’ interessi ta’ 1% taħt iz-zero li jfisser li l-Bank Ċentrali Ewreopew ikun qed iħallas lill-banek talli jisselfu minn għandu.

Indiċi

L-ishma Asjatiċi żdiedu llum wara data tajba ferm dwar id-djar mill-Istati Uniti sostniet irkupru mmexxi mill-ishma tat-teknoloġija fuq Wall Street bl-investituri jinvestu wara li indiċi reġjonali usa kellu l-ikbar telf f’aktar minn tlitt xhur. In-Nikkei 225 żdied 0.51% waqt li t-Topex kellu żieda ta’ 0.48%.

Għal din il-ġimgħa, madankollu l-indiċi ewlieni Ġappuniż tilfu 0.67% hekk kif xi analisti wissew li t-tħassib dwar it-tieni mewġa ta’ coronavirus fl-Ewropa tista’ tillimita aktar żieda fl-ishma Ġappuniżi.

L-indiċijiet maġġuri Ċiniżi tbandlu l hawn u l hinn f’negozju imqallebn, iżda resqin lejn l-agħar tnaqqis f’ġimgħa min-nofs Lulju hekk kif il-qawmien mill-ġdid tal-coronavirus globali wassal għal tħassib dwar il-pass tal-irkupru ekonomiku globali.

Prodotti essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt kienu stabbli hekk kif mewġa ġdida tal-coronavirus fl-Ewropa wasslet biex diversi pajjiżi jimponu restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar u dan ibbilanċja t-tnaqqis qawwi fil-ħażniet Amerikani taż-żejt mhux maħdum u l-fjuwil.

Citigroup Inc qal din il-ġimgħa li ser iwarrab $1 biljun biex isostni inizjattivi li jgħinu tonqos id-differenza razzjali tal-ġid u jkabbru l-mobilità ekonomika ta’ persuni ta’ kulur.

Dan il-bank qal li l-inizjattiva mifruxa fuq tliet snin ser tinkludi programmi li jipprovdu aċċess akbar għall-banek u self f’komunitajiet tal-kulur, jkabbar l-investiment fin-negozji proprjetà ta persuni suwed u jespandi x-xiri ta’ djar fost l-Amerikani suwed.