Barranin
Id-dollaru Amerikan jitla’ għall-ogħla livell f’ġimagħtejn

Muniti

L-isterlina llum estendiet it-telf tal-aħħar sitt ġimgħat, għalkemm f’xi ħin kienet qed tiġi nnegozjata għal 0.8926 kull ewro jew 0.25% inqas. It-tħassib kiber li r-Renju Unit riesaq lejn tluq mingħajr ftehim mill-Unjoni Ewropea wara li Boris Johnson kiseb appoġġ fil-ħidma tiegħu biex jilħaq Prim Ministru flok May.

Id-dollaru Amerikan tela’ għall-ogħla livell f’ġimagħtejn illum għax id-dejta ekonomika b’saħħitha riċenti wasslet lill-investituri biex jaħsbuha mill-ġdid dwar kemm ser ikun radikali l-Federal Reserve fil-laqgħa ta’ din il-ġimgħa.

L-ewro ftit inbidel u kien qed jiġi nnegozjat għal $1.1239, waqt li l-investituri kienu qed jistennew id-diskors mill-membri tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-laqgħa f’Sintra, l-Portugall u l-istatistika dwar l-inflazzjoni fiż-żona tal-ewro li toħroġ għada.

Indiċi

Is-swieq finanzjarji Ewropej fetħu bla ebda moviment għal ftit aktar ogħla hekk kif iż-żieda fl-ishma tad-Deutsche Bank u tal-HSBC Bank wasslu għal żieda fl-ishma bankarji, u dan ibbilanċja t-telf tal-ishma tal-kumpaniji tal-ajru wara twissija dwar il-qligħ mil-Lufthansa.

L-ishma fl-Istati Uniti pattew għaż-żidiet fil-ftuħ tan-negozju llum, hekk kif l-attenzjoni daret lejn il-laqgħa tal-Federal Reserve li tista’ tpoġġi l-pedamenti għal qtugħ fir-rati tal-interessi aktar tard din is-sena. Id-Dow Jones żdied b’0.07% iżda imbaghad tbaxxa. L-S&P 500 żdied b’0.10%.

Shares

Fi-qasam tal-ishma lokai, in-negozju kien kwiet ħafna bl-International Hotel Investments juru żieda ta’ 5.88% u l-Malta International Airport jitilfu b’1.34%. Il-Bank of Valletta, il-BMIT Technologies, il-GO, il-Malta Properties Company u l-MaltaPost, fost oħrajn, ma kellhom ebda movement mis-sessjoni ta’ qabel.

Bonds

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, l-International Hotel Investments 2026 tilfu 3.65%, segwiti minn Pendergardens Developments 2022 li tilfu 1.90%. L-SD Finance 2027 naqsu b’0.48% u l-SP Finance 2029 ukoll raw tnaqqis ta’ 0.39%.

Prodotto Essenzjali

Il-Ministru tal-Enerġija tal-Arabija Sawdija, Khalid al-Falih, qal illum li hemm bżonn li l-pajjiżi jikkoperaw sabiex ir-rotot tat-tbaħħir ikunu ħielsa mill-periklu għall-provvisti taż-żejt u ta’ prodotti oħra wara l-attakki fuq tankers fil-Lvant Nofsani, biex b’hekk ikunu żgurati provvisti stabbli. Il-Brent qed jinnegozja bi tnaqqis ta’ 0.55% għal $61.66 waqt li l-West Texas Intermediate tilfu aktar minn 0.80% illum.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-yen illum baqa’ mwaħħal mal-inqas rata f’sitt ġimgħat kontra d-dollaru hekk kif sinjali li juru li l-Istati Uniti u ċ-Ċina qed inaqqsu d-differenzi ta’ bejniethom dwar il-kummerċ qabel taħditiet kruċjali,…

Barranin

Muniti L-ewro llum tbaxxa għall-inqas rata f’ġimgħa kontra d-dollaru, jum qabel ma l-Bank Ċentrali Ewropew huwa mistenni li jżid aktar stimulu monetarju biex jixpruna lill-ekonomija tar-reġjun. Ħames sorsi familjarji mad-diskussjoni…

Barranin

Muniti L-ewro żdied illum wara li rapport li l-Ġermanja aktarx li żżid l-istimulu fiskali kabbar it-tamiet li l-gvernijiet ser jaġixxu biex jixprunaw it-tkabbir fir-reġjun, għalkemm l-aspettattivi ta’ aktar illaxkar monetarju…

Barranin

Muniti Il-krona Svediża żdiedet sewwa llum wara li l-bank ċentrali qal li xorta jistenna li jissikka ċ-ċintorin fil-politika monetarja lejn l-aħħar tas-sena, b’sorpriża tas-swieq kummerċjali li wasslu qliegħ qawwi mill-munita…

Aktar