Id-Dollaru Amerikan tbaxxa kontra l-muniti ewlenin l-oħrajn

Muniti Kontra l-Ewro

L-ewro rkupra mit-telf ta’ kmieni, mgħejjun minn żieda fis-sentiment tal-investitur Ġermaniż u tamiet li l-Greċja issib bażi komuni ma’ sħabha taż-żona tal-ewro għal sostenn wara li jintemm il-ftehim preżenti ta’ bailout.  Kmieni illum, l-ewro ddagħajjef kontra d-Dollaru Amerikana wara li l-falliment tat-taħditiet dwar ftehim ġdid għall-Greċja qajjem dubbji dwar il-futur tal-pajjiż fiż-żona tal-ewro. Madankollu, iż-żidiet ma kenux kbar għax l-investituri baqgħu kawti minħabba li l-bailout ta’ €240 Biljun jagħlaq fi tmiem dan ix-xahar.

L-Isterlina issaħħet minħabba li ottimiżmu dwar il-prospetti ekonomici Ingliżi għenuha tegħleb l-iktar inflazzjoni baxxa li qatt kien hemm.

Id-Dollaru Amerikan tbaxxa kontra l-muniti ewlenin l-oħrajn, għax l-istatistika dgħajfa riċenti għamlet pressjoni fuq id-dollaru.

Id-Dollaru Awstraljan kien ogħla mid-Dollaru Amerikan wara l-ħruġ tal-minuti tal-aħħar laqgħa tar-Reserve Bank of Australia

Indici

L-istokks fl-Istati Uniti fetħu baxxi fl-ewwel sessjoni ta’ negozju wara li l-S&P 500 għalaq f’livell għoli rekord, hekk kif l-investituri komplew jikkunsidraw l-inċertezza ta’ ftehim dwar id-dejn tal-Greċja u l-ftehim ta’ waqfien mill-ġlied fraġli fl-Ukrajn. Id-Dow Jones tilef 0.27% u n-Nasdaq 0.16%.

L-istokks Ewropej kienu qed jiġu nnegozjati aktar baxxi iżda matul il-jum irkupraw xi ftit mit-telf hekk kif l-investituri qiesu mill-ġdid il-falliment tat-taħditiet dwar il-Greċja. Id-DAX tilef 0.42%; il-CAC 40 naqqas 0.12% waqt li kien hemm żieda ta’ 0.12% fil-FTSE 100.

Ishma Lokali

L-indiċi tal-Borża ta’ Malta llum kellu żieda ta’ 0.418%. Kienet ġurnata pożittiva għas-suq tal-ishma bi tmien ishma jagħlqu ogħla u tnejn jitilfu mill-prezz. L-akbar żidiet kienu fl-ishma tal-International Hotel Investments, il-Malita Investments u l-Malta International Airport. Kemm l-ishma tal-MIA kif ukoll tal-Malita laħqu prezz għoli rekord.  Fin-naħa negattiva kien hemm l-ishma tal-Bank of Valletta u tal-Lombard Bank.

 

Munita Prezz Bidla % Direzzjoni
USD 1.1410 0.51
GBP 0.7431 0.53
AUD 1.4603 0.01
CAD 1.4150 0.01
JPY 135.57 0.81
Indici Prezz Bidla % Direzzjoni
Dow Jones Ind Average 17970.100 -0.27
Nasdaq 4885.885 -0.16
Nikkei 225 17987.090 -0.10
DAX 10877.560 -0.42
CAC 40 4746.080 -0.12
FTSE 100 6865.220 0.12
MSE SHARE INDEX 3430.615 0.42
Sehem Prezz Bidla % Direzzjoni
International Hotel Investments 0.630 2.27%
Malita Investments 0.740 1.37%
Malta International Airport 2.561 1.23%
Bank of Valletta 2.099 -0.05%
Lombard Bank Malta 1.900 -0.52%
Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-dollaru llum issoda kontra muniti sensittivi għall-kummerċ għax reġa’ qam it-tħassib dwar it-taħditiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina hekk kif riesqa skadenza importanti, waqt li l-Isterlina issaħħet wara l-aħħar…

Barranin

Id-dollaru dieħla lejn l-agħar ġimgħa minn Ottubru minħabba nervożismu fin-negozju u ħjiel ta’ dgħufija fl-ekonomija Amerikana, bil-fatturi domestiċi li minnhom gawdew id-dollaru ta’ New Zealand u l-isterlina. Il-movimenti kienu baxxi…

Barranin

Muniti L-Isterlina żdiedet għall-ogħla rata f’sentejn u nofs kontra l-ewro, minħabba fiduċja li qed tikber li l-elezzjoni ser tagħti lill-Konservattivi l-maġġoranza li għandhom bżonn sabiex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea…

Barranin

Muniti L-isterlina llum qabżet ‘il fuq minn $1.31 għall-ewwel darba minn kmieni f’Mejju, mgħejuna minn aspettattiva li qed tikber li r-Renju Unit ser jiskansa elezzjoni bla riżultat. Il-munita bbenefikat ukoll…

Aktar