Barranin, Lokali
Id-dollaru Awstraljan fl-aħjar livell f’7 snin

Il-valur tal-muniti

Id-dollaru baqa’ qrib l-inqas rata f’xahar kontra basket ta’ muniti, waqt li l-muniti marbuta mal-prodotti essenzjali bħad-dollari tal-Awstralja u tal-Kanada kienu fl-ogħla livell f’xahrejn grazzi għall-prezzijiet aħjar tal-enerġija u tal-metalli.

Id-dollaru Awstraljan illum riesaq lejn it-tielet ġimgħa ta’ żieda, u l-aħjar riżultat annwali f’seba’ snin, hekk kif l-ottimiżmu dwar it-tkabbir globali u prezzijiet tajbin għall-prodotti għenu biex ipattu għad-dħul inqas.

L-andament tal-isħma Ewropej

L-isħma Ewropej żammew sodi fl-aħħar jum ta’ negozju tal-2017, u kellhom l-aħjar avvanz annwali f’erba’ snin.

L-iSTOXX EUROPE 600 Index żied inqas minn 0.1% fil-volum u dan huwa madwar nofs il-medja fuq 30 jum, bl-isħma tal-minjieri juru żieda. Dan l-indiċi din is-sena kellu żieda ta’ 7.8%. Is-swieq finanzjarji inklużi dawk fir-Renju Unit, l-Irlanda u l-Ġermanja illum għalqu kmieni.

Il-prezzijiet taż-żejt u d-deheb

Il-prezzijiet taż-żejt fl-Istati Uniti laħqu l-ogħla prezz min-nofs l-2015 fl-aħħar jum ta’ negozju tas-sena hekk kif tnaqqis mhux mistenni fil-produzzjoni Amerikan u tnaqqis fl-inventarji kummerċjali taż-żejt mhux maħdum inkoraġġew ix-xiri.

Il-prezzijiet tad-deheb laħqu l-ogħla livell f’xahar illum u kienu resqin lejn l-aħjar sena tagħhom mill-2010, mgħejjuna fl-aħħar 12-il xahar minn dollaru aktar dgħajjef u xiri ta’ assi siguri minħabba l-inċertezzi politiċi internazzjonali.

Il-ġimgħa d-dieħla

Matul il-ġimgħa d-dieħla ser ikun hemm diversi aħbarijiet bl-Istati Uniti jħabbru l-indiċi dwar il-manifattura u aktar tard il-pagi, esklużi dawk tal-biedja, u r-rata tal-qgħad għal Diċembru.

Mill-Ġermanja joħorġu ċ-ċifri dwar il-manifattura u ċ-ċaqliq fil-qgħad.

Aħbarijiet Oħra
Barranin, Lokali

L-ewro stabbilizza wara t-telf qawwi tal-ġimgħa li għaddiet iżda t-theddida li qed tikber ta’ gwerra kummerċjali globali, tilwima fil-koalizzjoni Ġermaniża u Bank Ċentrali Ewropew aktar iebes fil-politika monetarja kollha tefgġħu…

Barranin

Muniti Il-Bank Ċentrali Ewropew qal illum li ser itemm l-iskema bla preċedent tiegħu ta’ xiri ta’ bonds sa tmiem is-sena, u b’hekk għamel l-akbar pass sabiex iżarma l-istimulu ta’ żmien…

Barranin

Muniti L-Ewro llum ma ċċaqlaqx kontra d-Dollaru u baqa’ jiswa $1.1796 għax is-swieq ftit li xejn raw miżuri konkreti ħerġin mis-summit bejn l-Istati Uniti u l-Korea ta’ Fuq u qed…

Barranin

L-ewro żdied għall-ogħla livell f’ġimagħtejn wara assigurazzjoni mill-Italja li mhix ser titlaq mill-Unjoni Ewropea u dan ikkalma lill-investituri qabel laqgħa importanti tal-Bank Ċentrali Ewropew. Il-Ministru tal-Ekonomija Taljan qal ilbieraħ li…

Aktar