Barranin
Id-dollaru Awstraljan tbaxxa wara li port Ċiniż ipprojbixxa l-importazzjoni ta’ faħam Awstraljan

Muniti

L-ewro żdied illum wara diversi stħarriġ wrew li l-attività tan-negozji sorprendentement kienet soda matul Frar, partikolarment fi Franza waqt li d-Dollaru Awstraljan tbaxxa wara li port Ċiniż ipprojbixxa l-importazzjoni ta’ faħam Awstraljan.

Hekk kif t-taħditiet dwar Brexit ikomplu, il-volumi ta’ negozju fl-Isterlina fis-suq finanzjarju ta’ Londra, qed ikunu taħt sewwa l-medji għal terminu twil, b’investituri b’terminu fit-tul u gvernijiet jidhru li ser jistennew sakemm tintemm il-kriżi.

Indiċi

L-ishma importanti Ingliżi tbaxxew illum wara rapporti ħżiena mill-provditur tal-enerġija Centrica u mill-kumpanija ta’ prodotti tad-difiża BAE Systems, waqt li Sterlina aktar b’saħħitha tefgħet pressjoni fuq l-kumpaniji multi-nazzjonali tal-kura tas-saħħa u ta’ prodotti għall-konsumatur.

Sinjali li l-Istati Uniti u ċ-Ċina qed jiddiskutu fil-fond l-kwistjonijiet iebsa fit-tilwima kummerċjali ta’ bejniethom żammew lill-ishma internazzjonali qrib l-ogħla livell f’erba’ xhur, għalkemm ma żammewx milli d-Dollaru Awstraljan, li jiddependi ħafna mill-kummerċ maċ-Ċina, jieħu tisbita.

Ishma

Local Shares, local Bonds and MSE index data was not provided.

Il-prezzijiet taż-żejt żammew qrib l-ogħla tal-2019 sostnuti mit-tnaqqis fil-produzzjoni mill-OPEC u s-sanzjonijiet tal-Istati Uniti kontra l-Veneżwela u l-Iran, iżda dawn kienu limitati minn tnaqqis fir-ritmu tat-tkabbir ekonomiku globali.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-Dollaru llum żamm iż-żidiet li kellu l-ġimgħa li għaddiet hekk kif l-investituri qed jistennew il-minuti tal-laqgħa tal-Federal Reserve li jistgħu jagħtu aktar ħjiel dwar x’wassal biex id-diretturi jieħdu atteġjament…

Barranin

Id-Dollaru żamm qrib l-ogħla rata f’ġimagħtejn kontra l-muniti rivali, sostnut minn statistika ekonomika tajba ferm mill-Istati Uniti u żieda fid-dħul tal-bonds tat-Teżor. L-indiċi tad-Dollaru kontra grupp ta’sitt muniti ewlenin ftit…

Barranin

Muniti L-Ewro llum żdied kontra d-Dollaru u l-Isterlina hekk kif kienet irtirata theddida Amerikana ta’ tariffi kontra l-karozzi, għalkemm iż-żieda fir-rata kienet limitata minn inċertezza dwar l-elezzjonijiet Parlamentri Ewropej tal-ġimgħa…

Barranin

Muniti L-ewro żdied b’0.15% għal $1.1238; madankollu mbagħad irtira għal $1.1212. Il-munita unika kienet reżiljenti minkejja l-aħħar sensiela ta’ tensjonijiet kummerċjali u x’aktarx dan seħħ minħabba persuni li kienu qed…

Aktar