Barranin
Id-dollaru bl-inqas rata sa minn Settembru 2018

Muniti

Id-dollaru llum tbaxxa, wara li matul il-lejl laħaq l-inqas rata tiegħu minn Settembru 2018, hekk kif ir-relazzjonijiet dejjem jeħżienu bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina u tħassib dwar l-ekonomija Amerikana wasslu biex l-investituri jfittxu l-yen u l-Frank Żvizzeru bħala muniti siguri.

L-ewro kompla jissaħħaħ wara li l-mexxejja tal-Unjoni Ewropea qablu dwar pjan ta’ stimulu ta’ €750 biljun il-ġimgħa li għaddiet. L-ewro laħaq rata għolja ġdida ta’ $1.1796, żieda ta’ 0.94% u l-ogħla minn Settembru 2018.

Peress li ma kienx hemm żviluppi t’għajnuna, l-Isterlina issaħħet minħabba dollaru aktar dgħajjef, hekk kif l-inċertezza dwar il-Brexit u l-prospetti ekonomiċi żammew lura lill-investituri. Ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropa l-ġimgħa li għaddiet ma qablux dwar ftehim ta’ kummerċ ħieles bl-Unjoni tgħid li ftit jista’ jintlaħaq ftehim iżda r-Renju Unit juri tama li ftehim jintlaħaq f’Settembru.

Indiċi

L-Ishma Ewropej tilfu llum bl-ishma tal-ivvjaġġar fuq quddiem tat-tnaqqis wara li r-Renju Unit impona kwarantina fuq dawk li jirritornaw minn Spanja, fejn il-każi tal-koronavirus żdiedu fl-aħħar ġimgħat.

Il-prezzijiet fuq id-Dow Jones kien jimmarkaw żieda hekk kif l-uffiċjali tal-White House taw ħjiel li r-Repubblikani huma lesti li jaċċettaw ligi ġdida ta’ rkupru minħabba l-koronavirus. Id-Dow Jones nhar il-Ġimgħa għalaq bi tnaqqis għat-tieni sessjoni infila u b’hekk waqqaf perjodu ta’ tlitt ġimgħat ta’ żieda.

Shares

Fl-ishma lokali, dawn kienu b’mod ġenerali pożittivi bil-Plaza Centre biss jitilfu5.64%.

Il-BMIT Technologies żdiedu 0.83%, il-Bank of Valletta u l-PG it-tnejn żdiedu b’1.03%, il-GO avvanzaw 2.38% u l-aħja rli marru kienu l-ishma ta’ Trident Estates b’żieda ta’ 11.33%.

Bonds

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, l-SD Finance2027 fuq quddiem tat-tnaqqis b’1.67%. Stivala Group Finance 2027 tilfu 1.32%, l-SP Finance 2029 naqsu b’1.23% u l-Hili Finance Company 2029 tbaxxew b’0.50%.

F’territorju pożittiv kien hemm l-International Hotel Investments 2026 b’0.09%, il-Best Deal Properties Holding 2024 b’0.49% u l- Premier Capital 2026 marru l-aħjar b’żieda ta’ 0.69%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt llum żdiedu mgħejuna minn dollaru aktar dgħajjef u l-miżuri ta’ stimulu mistennija mill-Istati Uniti, iżda ż-żidiet għebu minħabba ż-żieda fil-każi tal-koronavirus u t-tensjonijiet bejn l_Istati Uniti u ċ-Ċina. Wara nofsinhar, iż-żidiet mhux biss għebu iżda l-prezzijiet kienu qed jiġu netgozjati f’territorju netgattiv. Il-Brent tilef 0.99% matul il-lum u l-West Texas Intermediate b’0.94%.

Il-Brent xorta riesaq lejn ir-raba’ xahar ta’ żieda matul Lulju u l-West Texas ser jiżdied għat-tielet xahar. Ta’ għajnuna huma qtugħ bla opreċedenti fil-provvista mill-OPEC u l-alleati fosthom ir-Ruissja.

L-irkupru rekord fil-prezz tad-deheb riesaq lejn il-livell psikoloġikament qawwi ta’ $2,000 kull uqija, mgħejun sewwa minn investituri li jridu jfittxu il-kenn minħabba l-effett ekonomiku globali tal-koronavirus, kif rifless fid-dgħufija tad=dollaru, ishma li qed jitbaxxew u t-tensjonijiet kummerċjali bejn l-Istati UIniti u ċ-Ċina.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-Isterlina żammet ‘il fuq minn $1.30 u żammet maż-żidiet riċenti minħabba d-djufija tad-dollaru, li ibbilanċjaw sewwa l-impatt ta’ tnaqqis rekord fil-produzzjoni ekonomika fir-Renju Unit.  L-Isterlina kompliet timxi ‘il quddiem…

Barranin

Muniti L-ewro llum żdied wara li s-sentiment tal-investitur fil-Ġermanja tjieb aktar milli mistenni matul Awwissu. L-istħarrig mill-Istitut ZEW dwar is-sentiment ekonomiku tela għal 71.5 minn 59.3 tax-xahar ta’ qabel, ferm…

Barranin

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta kul nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank. Muniti Tnaqqis ta’ 10% fil-valur tad-dollaru Amerikan minn Marzu xpruna r-ritorn għall-investituri barranin fl-akbar suq tal-bonds tal-gvern…

Barranin

Muniti L-ewro illum kien dgħajjef kontra l-muniti kollha, għalkemm huwa kellu xi żidiet kontra l-muniti Nordiċi. L-isterlina ssaħħet għall-ogħla rata f’ħames xhur kontra d-dollaru u riesqa lejn id-$1.32 wara li…

Aktar