Barranin
Id-Dollaru b’saħħtu hekk kif il-muniti rivali bħall-Isterlina u l-Ewro ntlaqtu minn fatturi ta’ bejgħ

Id-Dollaru żamm qrib l-ogħla rata f’ġimagħtejn kontra l-muniti rivali, sostnut minn statistika ekonomika tajba ferm mill-Istati Uniti u żieda fid-dħul tal-bonds tat-Teżor.

L-indiċi tad-Dollaru kontra grupp ta’sitt muniti ewlenin ftit li xejn inbidel b’97.802 wara li kien laħaq 97.882 ilbieraħ, l-ogħla mit-2 ta’ Mejju.

Id-Dollaru laħaq l-ogħla livell f’ġimagħtejn wara statistika tajba dwar id-djar u rapport dwar il-qgħad li wera saħħa sostnuta fis-suq tax-xogħol fl-akbar ekonomija dinjija.

Il-munita Amerikana wkoll kisbet saħħa hekk kif il-muniti ewlenin rivali bħall-Isterlina u l-Ewro ntlaqtu minn fatturi ta’ bejgħ.
Is-saħħa tad-Dollaru kkawżat il-waqgħa tal-Ewro għall-inqas livell f’aktar minn ġimgħa kontra l-munita Amerikana. Żied mal-waqgħa t-tħassib dwar l-elezzjonijiet Parlamentari Ewropej tal-ġimgħa d-dieħla.

L-ishma Ewropej bidlu t-triq biex ilbieraħ għalqu f’territorju pożittiv, b’aħbarijiet dwar kuntratti mill-Ġermanja għenu sabiex l-indiċi ta’ referenza Ewropew żdied hekk kif għeleb beżgħat dwar tkabbir fit-tilwima kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina.

L-iSTOXX 600 żdied b’1.3% għall-ogħla livell f’għaxart ijiem wara li għeleb id-dgħufija tal-bidu kawżata mid-deċiżjoni tal-gvern Amerikan li jimponi sanzjonijiet iebsa kontra l-ġgant tat-telekomunikazzjoni Ċiniż, il-Huawei.

L-ishma fl-Asja sofrew mewġa ta’ bidlet illum hekk kif kummenti iebsin fl-istampa Ċiniża dwar il-kummerċ għelbu lill-aħbarijiet tajba ekonomiċi mill-Istati Uniti u dwar ir-rapporti finanzjarji minn kumpaniji.

Il-prezzijiet taż-żejt kienu stabbli llum, tilfu ż-żidiet bikrija u kienu riesqa lejn l-ewwel żieda f’ġimgħa dan ix-xahar, hekk kif it-tensjoni li qed tikber fil-Lvant Nofsani kabbret il-biża’ ta’ tnaqqis fil-provvista.

Il-prezz tal-Brent kien $72.61, telf ta’ 1 cent mill-aħħar għeluq u b’hekk tilef iż-żidiet ta’ qabel. Il-Brent kellu żieda ta’ 2.9% għal din il-ġimgħa, u b’hekk riesaq lejn l-ewwel żieda fi tliet ġimgħat. Il-United States West Texas Intermediate żdied b’8 cents għal $63.95 u riesaq lejn żieda f’ġimgħa ta’ 2.1%, l-ewwel f’erba’ ġimgħat.

Żieda fil-prezz tal-palladju ta n-nifs lill-kumpaniji tal-minjieri fl-Afrika t’Isfel. Iżda tista’ ma tkunx biżżejjed. Il-prezzijiet tad-deheb ma ċċaqalux illum wara li kellhom l-akbar waqgħa perċentwali f’xahar fis-sessjoni ta’ qabel. Dan minħabba Dollaru aktar b’saħħtu u żieda fis-sentiment tal-investitur għal assi riskjużi minħabba rapporti ekonomiċi tajbin mill-Istati Uniti u rapporti finanzjarji mill-kumpaniji.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-Isterlina llum tbaxxiet minħabba tħassib li qed jikber li l-ġlieda dwar it-tmexxija tal-Partit Konservaittiv tista’ twassal għal tluq diżordinat mill-Unjoni Eweropea. Boris Johnson, li jinsab fuq quddiem nett biex…

Barranin

Muniti L-Isterlina tbiegħdet mill-inqas rati f’ħames xhur kontra l-Ewro wara li l-pagi fir-Renju Unit matul April żdiedu aktar milli kien mistenni. L-Isterlina dan l-aħħar kienet batuta hekk kif l-investituri qagħdu…

Barranin

Muniti Id-dollaru llum tħabat qrib l-inqas rata f’seba’ ġimgħat, minħabba li kulħadd qed jistenna li l-Federal Reserve ser inaqqas ir-rata tal-interessi bi tweġiba għar-riskji relatati mal-konflitti kummerċjali. L-indiċi tad-dollaru ma…

Barranin

Muniti L-Ewro b’mod ġenerali baqa’ sod bir-rata ta’ $1.1185, iżda l-investituri baqgħu kawti dwar il-prospetti tal-munita unika għax l-istatistika dwar is-settur tal-manifattura fiż-żona tal-ewro ċkienet għar-raba xahar – f’dak ta’…

Aktar