Barranin
Id-dollaru fid-domanda fost dubji dwar il-pakkett t’għajnuna tal-President Biden

Muniti

L-ewro baqa’ fir-reġjun ta’ $1.2060 iżda taħt id-$1.212. Id-dollaru tbaxxa hekk kif l-ishma irkupraw modestament għax l-investituri individwali naqsu temporanjament ix-xiri.

Id-dollaru reġa’ fid-domanda fost dubji dwar il-ħin u d-daqs tal-pakkett ta’ għajnuna minħabba il-Covid tal-President Biden. Infatti, 10 senaturi Repubblikani appellaw lill-President Bidejn biex inaqqas is-somma ta’ $1.9 Triljun u huwa rrapportat li offrew alternattiva ta’ $600 biljun sabiex ikun hemm appoġġ miż-żewġ partiti.

Min-naħa l-oħra, l-Isterlina tilfet xi ftit wara li l-Prim Ministru Boris Johnson qal li l-infezzjonijiet għadhom f’livell għoli. Johnson, madankollu, baqa’ fiduċjuż li għandu provvisti biżżejjed biex jagħti t-tieni doża tal-vaċċin fi żmien 12-il ġimgħa waqt li kompla jgħid li jidher li hemm sinjali li r-rata ta’ infezzjoni qed tistabbilizza ruha.

Indiċi

L-indiċijiet fl-Istati Uniti illum fetħu ogħla. Is-swieq Ewropej kienu b’saħħithom hekk kif aħbarijiet dwar ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-AstraZeneca ikkalmaw il-beżgħat dwar aktar problemi fil-fornitura ta’ aktar vaċċin.

Ir-rata tal-qgħad u l-attività fis-settur tal-manifattura fl-Ewropa kienu kif mistenni bi 8.3% u 54.8% rispettivament iżda l-bejgħ bl-imnut fil-Ġermanja kien inqas mit-tbassir bi tnaqqis ta’ 9.6% għal Diċembru. Ryanair ħabbret li tistenna telf record ta’ $1.2 biljun għas-sena li tagħlaq f’Marzu li ġej iżda qed tara rkupru qawwi fit-tieni nofs tal-2021. Indiċijiet fl-Asja ukoll għalqu ogħla. L-indiċi lokali kien l-eċċezzjoni għar-regola ġenerali bi tnaqqis ta’ 1%.

Ishma

Is-sessjoni tal-ishma lokali illum kienet karatterizzata b’moviment kbar f’diversi ishma bl-HSBC Bank Malta jiżdiedu 6%, ferm aktar miż-żieda mill-kompetitur l-Bank of Valletta. F’territorju negattiv kien hemm aktar ishma bil-Malita Investments jitilfu aktar minn 2%, il-Malta Properties Company 3.64% u l-MIDI jitilfu 4.64%. L-aktar li tilfu kienu it-Tigne Mall bi 11.59% u l-Fimbank, bi 28%.

Bonds

Is-suq tal-bonds lokali kien attivi b’bidliet iżgħar u aktar razzjonali biż-żewġ bonds ta’ Hili Finance jiżdiedui segwiti minn Tum Finance. F’territorju negattiv kien hemm aktar bondsl bl-SP Finance, Shoreline u s-6pm Holdings jitilfu fir-reġjun ta’ 1% u l-Bortex jitilfu ftit aktar minn 2%.

Prodotti Essenzjali

Id-data ppublikata l-ġimgħa li għaddiet mill-Amministrazzjoni ta’ Informazzjoni dwar l-Enerġija fl-Istati Uniti wriet tnaqqis qawwi fil-ħażniet ta’ żejt mhux raffinat fl-Istati Uniti u din għenet lill-West Texas Intermediate biex jibqa’ fin-naħa tan-nofs ta’ fuq tal-firxa fuq ġimgħa. Barra dan, it-tnaqqis tat-tensjoni dwar il-vaċċin bejn l-Unjoni Ewropew u l-AstraZeneca qajjem tamiet ta’ irkupru sod fl-enerġija u d-domanda ppermettiet li l-prezz taż-żejt jibda l-ġimgħa sod. Ix-xerrejja tal-fidda baqgħet sejrin bix-xiri tagħhom għar-raba sessjoni infila u l-prezz laħaq l-ogħla livelli minn Frar 2013 ta’ $30.06. Iż-żieda bla waqfien fil-prezz tal-fidda hija xprunata mill-bejgħ bl-imnut immexxi mir-Reddit Group li issa tefa’ l-attenzjoni fuq il-fidda waqt li jimmira għal $1,000 kull mija.