Lokali
Id-dollaru ftit li xejn affetwat mill-impeachment tal-President Trump

Muniti

Id-Dollaru llum tilef 0.06%, ftit milqut mill-impeachment tal-President Trump waqt li l-Krona Żvediża u dik Norveġiża it-tnejn żdiedu ftit wara l-istqarrijiet mill-banek ċentrali li kienu skont l-aspettattivi.

Ir-Riksbank kien l-ewwel bank li żied ir-rata tal-interessi għal zero, u b’hekk temm ħames snin f’territorju negattiv. Il-Krona Żvediza żdiedet għal ftit ħin mal-aħbar u l-aħħar rata kienet 0.3% żieda kontra d-dollaru u 0.1% kontra l-ewro.

L-Isterlina stablizzat illum għal madwar $1.31, wara li tilfet iż-żieda kollha li kellha wara l-elezzjoni minħabba biża’ li r-Renju Unit jista’ joħroġ bla ftehim kummerċjali sa tmiem is-sena d-dieħla. L-Isterlina iniżjalment kienet żdiedet għal $1.35 wara r-rebħa tal-Konservattivi fl-elezzjoni ġenerali.

Indices

L-ishma Ewropej żdiedu llum b’pawsa qabel il-btajjel bi ftit aġġornamenti minn kumpaniji. L-ishma fl-Istati Uniti kienu mistennija jiftħu bla żieda hekk kif l-investituri ma tawx kas tnaqqis fil-qgħad u lanqas l-impeachment tal-President li ftit li xejn hemm ċans li jitneħħa mill-kariga.

Trump ilbieraħ sar it-tielet president Amerikan b’impeachment, iżda is-Senat b’maġġoranza Repubblikana mhux mistenni li jsibu ħati. Ebda President Amerikan ma tneħħa mill-kariga fl-istorja ta’ 243 sena tal-pajjiż.

Stocks Lokali

Fil-qasam tal-ishma lokali, il-Bank of Valletta żdiedu bi 2.44% segwiti minn HSBC Bank Malta li kellhom l-akbar żieda illum dik ta’ 5.93% għal €1.25 kull sehem. Il-Mapfre Middlesea żdiedu b’0.93% waqt li l-PG żdiedu b’1.67% għal €1.83. Il-MaltaPost tilfu 0.76% u l-International Hotel Investments tbnaxxew b’0.65%.

Bonds Lokali

Il-bonds lokali kienu b’mod ġenerali f’territorju pożittiv bil-parti l-kbira jiżdiedu b’aktar minn 1%. L-aħjar li marru kienu l-AX Investments 2024 b’żieda ta’ 2.68%, segwiti minn Hili Properties 2025 b’żieda ta’ 2.41%. Il-Hal Mann Vella Group 2024 żdiedu bi 2.13% u t-Tum Finance 2029 b’1.14%. L-International Hotel Investments 2026 diedu b’0.97% waqt li l-Bank of Valletta 2026-2031 avvanzaw b’0.55%. L-agħar li marru llum kienu id-Dizz Finance 2026 bi tnaqqis ta’ kważi 1%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt baqgħu qrib l-ogħla livell fi tlitt xhur, mgħejuna minn tnaqqis fil-ħażniet Amerikani u t-tnaqqis fit-tensjoni kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina.

Il-Brent żdiedu b’0.38% għal $66.42 biex ser jagħlqu is-sitt jum ta’ Żieda infila. Il-United States West Texas Intermediate żdiedu b’0.25% għal $61.09.

Il-prezz tad-deheb żdied wara l-impeachment tal-Presidrent Trump għax dan qajjem biża’ dwar l-inċertezza politika fl-akbar ekonomija tad-dinja.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-dollaru Amerikan tilef iż-żidiet bikrin illum bl-investituri fil-muniti ma jagħtux każ it-tensjonijiet diplomatiċi bejn l-Istati Uniti uċ-Ċina u ż-żieda fil-każi tal-coronavirus. Waqt li s-swieq finanzjarji għal bidu tbaxxew hekk…

Barranin

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank. Muniti Il-yen tela’ għall-ogħla rata f’ġimagħtejn u muniti sensittivi għar-riskju tbaxxew wara żieda fl-infezzjonijiet ġodda…

Barranin

Muniti Id-dollaru Amerikan llum tbaxxa kontra l-parti l-kbira tal-muniti hekk kif rkupru f’assi riskjużi bħall-ishma globali u prodotti essenzjali naqqsu d-domanda għall-munita Amerikana meqjusa bħala sikura. L-ewro żdied 0.1% għal…

Barranin

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank. Muniti Id-dollaru kien imwaħħal f’firxa dejqa, sostnut mill-flussi f’assi sikuri hekk kif il-qawmien mill-ġdid tal-coronavirus…

Aktar