Barranin
Id-dollaru jaqa’ b’1.4% f’ġimgħa minħabba tħassib dwar l-amministrazzjoni ta’ Trump

Muniti

Id-dollaru tbaxxa kontra l-yen illum u riesaq lejn ġimgħa ta’ telf, milqut ħażin mit-tħassib li t-taqlib politiku ekonomiku f’Washington jista’ jdewwem l-isforzi tal-President Trump biex jimplimenta l-pjani ta’ stimulu ekonomiku.

Data tajba dwar is-settur tal-manifattura mill-Istati Uniti, ippermettew lill-investituri li jħarsu bil-quddiem lejn id-dollaru, li tilef aktar minn 1.4% din il-ġimgħa wara li l-President Trump keċċa lid-Direttur tal-FBI James Comey u r-rivelazzjonijiet li t-tim tal-kampanja tiegħu seta’ kellhom kuntatti estensivi ma’ uffiċjali Russi – minkejja ċ-ċaħdiet ripetuti tiegħu – qabel l-elezzjoni presidenzjali. Il-fokus jibqa’ fuq l-inkwiet tal-amministrazzjoni Trump u li dawn, skont l-analisti,  jistgħu jkomplu jolqtu ħażin lid-dollaru.

L-Isterlina lbieraħ qabżet id-$1.30 għall-ewwel darba fi tmien xhur, mgħejjuna minn tkabbir akbar milli mistenni fil-bejgħ bl-imnut li naqqas it-tħassib dwar l-prospetti usa għall-ekonomija din is-sena.

Indiċi

Id-Dow Jones din il-ġimgħa tbaxxa b’1.23%. L-istokks Ewropej fetħu ogħla llum hekk kif is-swieq internazzjonali reġgħu kisbu l-kalma wara tlitt ijiem ta’ bejgħ wara t-taqlib politiku li qed jhedded lill-amministrazzjoni Trump.

L-indiċijiet ewlenin madwar ir-reġjun żiedu bejn 0.2% u 0.5%, bil-FTSE 100 fuq quddiem grazzi għall-isterlina aktar dgħajfa u antiċipazzjoni ta’ avvanzi fl-ishma tal-kumpaniji ewlenin taż-żejt.

Commodities

Il-prezzijiet bil-quddiem taż-żejt illum għolew għall-ogħla livell fi kważi xahar minħabba żieda fl-ottimiżmu li l-pajjiżi produtturi kbar ser jestendu t-tnaqqis fil-produzzjoni biex inaqqsu l-provvista żejda persistenti fis-suq, bil-prezzijiet ta’ referenza resqin lejn it-tieni ġimgħa ta’ żidiet.

Il-prezzijiet tad-deheb illum żdiedu u resqin lejn l-akbar żieda f’ġimgħa minn nofs April hekk kif iddgħajfu d-dollaru u l-istokks Ażjatiċi minħabba l-inkwiet politiku fl-Istati Uniti. Il-prezz tad-deheb ilbieraħ tbaxxa b’1.1% minħabba bejgħ biex jittieħed il-profitt, l-akbar waqgħa perċentwali mit-3 ta’ Mejju u b’hekk waqqfet ħamest ijiem ta’ żidiet.

Il-Ġimgħa d-Dieħla

Matul il-ġimgħa d-dieħla nistennew bosta rapporti importanti. Ser toħroġ bosta data ekonomika miż-żona tal-ewro bħas-sentiment tal-konsumatur, il-Prodott Domestiku Gross u t-tbassir mill-IFO dwar il-Ġermanja u bosta oħrajn.

Il-prezzijiet globali taż-żejt qed jittestjaw bil-kalma l-ogħla prezzijiet f’xahar qabel il-laqgħa tal-OPEC fi Vjenna l-ġimgħa d-dieħla fejn il-ministri huma mistennija li jestendu l-ftehim dwar it-tnaqqis fil-produzzjoni sal-ewwel kwart tal-2018.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Matul din il-ġimgħa d-dollaru kellu żieda, mgħejjun minn tkabbir fl-ottimiżmu dwar il-prospetti għar-riformi fiskali tal-Istati Uniti. L-isterlina tbaxxiet għall-inqas rata f’ġimgħa kontra l-ewro wara li statistika wriet tnaqqis mhux…

Barranin

  Emirates today launched a US$15 million campaign to inspire travel and promote the airline’s extensive network of global destinations including its home and hub, Dubai. The campaign is backed…

Barranin, Lokali

Muniti Kontra l-Ewro Id-dollaru żamm iż-żidiet tal-bidu u baqa’ fl-ogħla livell f’ġimgħa kontra basket ta’ muniti, wara rapport li l-President Amerikan qed imiel lejn għażla ta’ bniedem favur żieda fir-rati…

Barranin

Muniti L-ewro ssaħħaħ kontra d-dollaru u l-isterlina kmieni din il-ġimgħa iżda tilef iż-żieda kontra l-isterlina li żdiedet b’aktar minn ċenteżmu kontra d-dollaru biex laħqet l-ogħla livell fi tmint ijiem kontra…

Aktar