Barranin
Id-dollaru jaqa’ għall-inqas rata f’sentejn u d-deheb jersaq lejn l-aħjar xahar f’aktar minn 8 snin

Insellmilkom din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank

Muniti

Id-dollaru llum waqa’ għall-inqas rata f’sentejn u riesaq lejn l-agħar tnaqqis f’xahar f’perjodu ta’ 10 snin. Dan minħabba li l-investituri huma mħassba li l-irkupru ekonomiku fl-Istati Uniti ser ikun imfixkel mill-ġlieda biex titwaqqaf l-epidemija.

Il-fiduċja fid-dollaru kienet imminata ukoll wara li l-President Trump qajjem il-possibiltà li jipposponi l-elezzjoni presidenzjali ta’ Novembru. L-indiċi tad-dollaru waqa għal 92.597 l-inqas minn Mejju 2018, u jinsab lejn l-akbar waqgħa f’xahar minn Settembru 2010. L-indiċi diġa tbaxxa 4.9% dan ix-xahar.

L-ekonomija ntlaqtet ħażin ferm, bl-istatistika inizjali dwar il-Prodott Domestiku Gross turi tnaqqis ta’ 32.9% fuq bażi annwali matul it-tliet xhur li għaddew, l-akbar waqgħa mid-Dipressjoni l-Kbira. Id-Dipartiment tax-Xogħol qal li t-talbiet għall-benefiċċju tal-qgħad żdiedu bi 12,000 għal 1.434 miljun fil-ġimgħa li għalqet fil-25 ta’ Lulju sinjal li l-irkupru fis-suq tax-xogħol qed ibatti.

Fuq quddiem fl-attakk kontra d-dollaru kien hemm l-ewro, li żdied wara li l-mexxejja tal-Unjoni Ewropea ftehmu dan ix-xahar dwar il-fond ta’ rkupru ekonomiku ta’ €750 biljun u aċċettaw dejn flimkien biex tkun xprunata l-kooperazzjoni reġjonali. L-ewro laħaq l-ogħla rata f’sentejn ta’ $1.1905, wara li s’issa żdied 5.8% matul Lulju, l-ikbar f’10 snin.

Ishma

L-ishma fl-Asja tbaxxew f’sessjoni mqallba hekk kif statistika ekonomika mill-agħar mill-Istati Uniti u ż-żieda fil-każi tal-coronavirus, tappnu s-sentiment tal-investitur, minkejja rapporti finanzjarji tajbin mill-kumpaniji tat-teknoloġija Amerikani u l-irkupru fil-manifattura fiċ-Ċina u fil-Ġappun.

L-ishma fl-Ewropa kienu mistennija jiftħu aktar baxxi bl-iSTOXX 50 jitbaxxa 0.28%, id-DAX b’0.49% u l-FTSE 0.08%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt żdiedu llum wara li fis-sessjoni ta’ qabel tbaxxew għall-anqas livell fi tliet ġimgħat, b’reazzjoni għat-tnaqqis rekord fit-tkabbir ekonomiku fl-Istati Uniti hekk kif l-coronavirus farrak l-akbar ekonomija u l-akbar konsumatur taż-żejt fid-dinja.

Il-Brent żdied 14-il cent, jew 0.3% għal $43.08 kull barmil kmieni dalgħodu wara li l-bieraħ tilef 1.9% iżda imbagħad irkupra. Il-United States West Texas Intermediate żdied b’21 cent, jew 0.5% għal $40.13 wara li kien tilef 3.3% fis-sessjoni ta’ qabel, u għal darb’oħra rkupra mil-aktar livell baxx mill-10 ta’ Lulju.

B’hekk il-Brent riesaq lejn ir-raba xahar ta’ żieda u dak Amerikan lejn it-tielet xahar infila ta’ żieda, hekk kif irkupraw il-kuntratti mil-livelli baxxi milħuqa f’April meta ħafna pajjiżi kienu f’lockdown.

Id-deheb żdied llum u riesaq lejn l-aħjar xahar f’aktar minn tmien snin hekk kif id-dollaru kompla jitlef wara li statistika ħażina kompliet iżżid id-dubbji dwar rkupru ekonomiku malajr mill-waqgħa ekonomika. Dan wassal biex l-investituri jfittxu d-deheb, meqjus bħala assi sigura fi kriżijiet.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji miġbura minn BNF Bank: Muniti L-isterlina tbaxxiet u tilfet iż-żidiet bikrin wara li d-dollaru Amerikan żdied kontriha, waqt li l-biża’ tat-tieni mewġa ta’ coronavirus…

Barranin

L-ewro rtira wara jumejn żieda kontra d-dollaru, hekk kif il-Ġermanja rrapportat produzzjoni ekonomika diżappuntanti għat-tieni kwart tas-sena u l-Federal Reserve żamm l-appoġġ tiegħu għall-ekonomija Amerikana. L-ewro jidher li ser jagħlaq…

Barranin

Din hija ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji miġbura minn BNF Bank Muniti Id-dollaru Amerikan waqa’ għall-inqas rata tiegħu f’sentejn hekk kif qed tikber il-pressjoni fuq il-Federal Reserve biex jillaxka l-politika monetarja…

Barranin

Muniti Id-dollaru żdied mill-anqas rata tiegħu f’sentejn hekk kif naqset il-pressjoni ta’ bejgħ qabel il-laqgħa tal-Federal Reserve u hekk kif it-tilwim politiku dwar il-pakkett ta’ rkupru li jmiss fl-Istati uniti…

Aktar