Id-dollaru jestendi ż-żieda ta’ wara d-deċiżjoni tal-Federal Reserve

Id-dollaru estenda ż-żieda ta’ wara d-deċiżjoni tal-Federal Reserve lejn l-ogħla livell f’sentejn u żamm il-pressjoni. L-ewro kompla jitlef kontra d-dollaru matul nofs is-sessjoni Ewropea ta’ dalgħodu lejn l-inqas livell baxx ġdid għal ġurnata ta’ madwar $1.1036 u $1.1025, jiġifieri 0.35% inqas. Il-par baqa’ taħt pressjoni moderata u kompla jżid mat-telf qawwi ta wara l-laqgħa tal-federal Reserve fosthom biż-żieda qawwija fid-dollaru lejn l-ogħla rata f’sentejn.

L-ewro tilef ukoll 0.28% kontra d-Dollaru Awstraljan; 0.05% kontra d-Dollaru Kanadiż; 0.33% kontra l-Yen u 0.17% kontra l-Frank Żvizzeru. Sadattant l-Isterlina baqgħet soda wara li l-Bank of England ma bidilx ir-rati tal-interessi u tenna l-aspettattiva tiegħu għal Brexit bla tfixkil. L-ewro kien sod kotnra l-Isterlina għal 0.9112 pence.

Indiċi

Id-dollaru estenda u avvanza u l-bonds tat-teżor ċedew xi żidiet minn jum qabel hekk kif l-investituri qed jeżaminaw l-ewwel tnaqqis fir-rati tal-interessi fl-Istati Uniti f’10 snin.

Il-FTSE 100 tbaxxa b’0.33%; l-iSTOXX 50 żdied b’0.32%; id-DAX avvanza b’0.17% u l-CAC 40 wera żieda ta’ 0.32%.

Id-Dow Jones tbaxxa 1.23% fl-ftuħ waqt li l-indiċi tal-Borża ta’ Malta tbaxxa b’0.50%.

Ishma

Fil-qasam tal-ishma lokali, illum kienet ġurnata ta’ negozju kwieta bl-RS2 Software jiżdiedu b’0.53% għal €1.90 waqt li l-PG, il-Malta Properties Company, il-Bank of Valletta u l-MIDI tbaxxew b’aktar minn 0.60% bil-MIDI bl-akbar tnaqqis ta’ 3.70% għal €0.65.

Bonds

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, l-AX Investments 2024, in-1923 Investments 2024, l-International Hotel Investments 2025 u t-Tum Finance 2029 żdiedu b’aktar minn 0.90% bl-AX Investments bl-akbar żieda ta’ 2.73%.

Sadattant il-MIDI 2026 tilfu 0.10%; it-Together Gaming Solutions 2024-26 b’0.11% u l-International Hotel Investments 2026 b’0.49%.

Commodities

Il-prezz taż-żejt tbaxxa mill-ogħla tal-aħħar ġimagħtejn wara li l-Federal Reserve qal li t-tnaqqis fir-rati tal-interssi kienet mossa iżolata, b’hekk saħħaħ lid-dollaru u naqqas id-domanda għall-oġġetti essenzjali bħaż-żejt. Il-prezz tal-brent tbaxxa b’1.49% għal $64.07 u l-United States Light crude b’1.96% għal $57.42.

Id-deheb tbaxxa b’07% għa; $1.403.57 u l-fiddas b’1.60% għal $16.00.

 

Aħbarijiet Oħra

L-ewro avvanza wara li kien rreġistra l-akbar waqgħa f’ġimgħa fi kważi xahrejn hekk kif reġa’ daħal is-sentiment ta’ riskju fis-swieq globali wara ġimgħa ta’ taqlib, għalkemm l-investituri kienu xorta attenti…

Barranin

L-ewro ddgħajjef, u riesaq lejn l-agħar ġimgħa minn kmieni f’Lulju, hekk kif kummenti moderati mill-membru tal-bord governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew, Olli Rahn żamm is-sentiment moderat. L-ewro tilef 0.10% kontra d-Dollaru…

L-Isterlina llum baqgħet qrib l-inqas rata f’sentejn u nofs għax it-tħassib dwar Brexit bla ftehim ddomina s-sentiment minkejja statistika li wriet li t-tkabbir fil-pagi fir-Renju Unit tela’ għall-ogħla livell fi…

Barranin

Muniti L-ewro tilef sa 0.30% kontra d-dollaru għall-inqas rata tal-ġurnata ta’ $1.1162, wara li l-President tas-Senat Taljan iltaqgħet mal-mexxejja tal-partiti biex jiddeċiedu dwar id-data tal-vot ta’ sfiduċja fil-gvern tal-Prim Ministru…

Aktar