Id-Dollaru jieħu spinta wara l-ftehim bejn il-Messiku u l-Istati Uniti

L-ewro rtira mill-ogħla rati f’xahrejn illum wara li ftehim bejn il-Messiku u l-Istati Uniti dwar l-immigrazzjoni ta spinta lid-dollaru u wara li sorsi qalu li l-Bank Ċentrali Ewropew kien lesti li jbaxxi r-rata tal-interessi jekk jeħżien it-tkabbir ekonomiu. Il-munita unika żdiedet il-ġimgħa li għaddiet wara li l-Bank Ċentrali Ewropew ma tax ħjiel, kif ħasbu ħafna, li ser ikun hemm tnaqqis fir-rati tal-itneressi, u minflok qal li r-rati ser jibqgħu fil-livell preżenti sa nofs l-2020.

L-Isterlina tbaxxiet llum wara li statistika wriet li l-ekonomija fir-Renju Unit naqqset bil-bosta r-ritrmu tagħha matul April u analisti qalu li aktar tnaqqis jista’ jseħħ matul il-ġlieda għas-suċċessjoni ta’ May bħala Prim Ministruy.

Indiċi

L-ishma Ewropew żdiedu llum hekk kif statistika qawwija dwar l-esportazzjoni miċ-Ċina u l-ftehim bejn l-Istati Uniti u l-Messiku taw xi ftit serħan lis-swieq imħassba bl-effett tan-negozjar kummerċjali iebes mill-President Trump.

L-ishma fl-Istati Uniti ukoll fetħu ogħla wara li l-Gvern Amerikan abbanduna l-pjani li jimponi tariffi kontra l-Messiku, waqt li ftehim multi-biljunarju bejn il-United Technologuies u Raytheon ta wkoll spinta. Id-Dow Jones żdied b’0.65%.

Ishma

Fil-qasam lokali, l-ishma tal-Bank of Valletta tilfu 8.70% segwiti minn BMIT Technologies li tilfu 0.91%. Il-parti l-kbira tal-ishma oħrajn kienu stabbli apparti mill-Mapfre Middlesea u l-Malta Properties Company li żdiedu b’1.82% u 0.79% rispettivament.

Bonds

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, il-Mediterranean Investments Holdings 2020 tbaxxew bi 2.68% segwiti minn Tumas Investments 2024 b’1.09%. Il-Hili Finance 2028 naqsu b’1.03%.

F’territorju pożittiv kien hemm l-SD Finance 2027 b’0.73% u l-Hili Properties 2025 b’0.10%.

Commodities

Il-prezzijiet taż-żejt stabilizzaw rwieħhom illum hekk kif il-produtturi ewlenin, l-Għarabja Sawdija u r-Russja, għad irid jiftehmu biex jestendu l-ftehim dwar it-tnaqqis fil-produzzjoni waqt li t-tensjonijiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina komplew jheddu d-domanda għaż-żejt. Il-Brent kien $63.01m, jiġifieri anqas mill-prezz tal-għeluq tal-Ġimgħa.

Il-prezz tad-deheb tilef kważi 1% illum u rtira mill-ogħla prezz f’14-il xahar milħuq fis-sessjoni ta’ qabel wara l-ftehim bejn l-Istati Uniti u l-Messiku biex ikunu evitati t-tariffi wassal biex l-investituri jwarrbu lid-deheb lejn assi aktar riskjużi.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-ewro ddgħajjef, u riesaq lejn l-agħar ġimgħa minn kmieni f’Lulju, hekk kif kummenti moderati mill-membru tal-bord governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew, Olli Rahn żamm is-sentiment moderat. L-ewro tilef 0.10% kontra d-Dollaru…

L-Isterlina llum baqgħet qrib l-inqas rata f’sentejn u nofs għax it-tħassib dwar Brexit bla ftehim ddomina s-sentiment minkejja statistika li wriet li t-tkabbir fil-pagi fir-Renju Unit tela’ għall-ogħla livell fi…

Barranin

Muniti L-ewro tilef sa 0.30% kontra d-dollaru għall-inqas rata tal-ġurnata ta’ $1.1162, wara li l-President tas-Senat Taljan iltaqgħet mal-mexxejja tal-partiti biex jiddeċiedu dwar id-data tal-vot ta’ sfiduċja fil-gvern tal-Prim Ministru…

L-ewro ma kellu ebda movement kontra d-dollaru. Nuqqas ta’ statistika ekonomika u żviluppi maġġuri dwar it-tilwima kummerċali Amerikani żammew liż-żewġ muniti taħt kontroll bejn id-$1.1250 u d-$1.1188. L-ewro ftit wera…

Aktar