Barranin
Id-Dollaru jilħaq l-ogħla livell

Id-Dollaru żdied wara li laħaq l-ogħla livell f’sena fost dgħufija fl-Ewro u l-Isterlina, hekk kif in-negozjati dwar Brexit huma weqfin u t-tħassib dwar it-tkabbir ekonomiku qajjem aktar dibattitu dwar il-projezzjonijiet tal-baġit Taljan.

L-Ewro tilef 0.60% kontra d-Dollaru għal $1.1268 wara li laħaq l-inqas livell ġdid f’sena ta’ $1.1240. L-Ewro tilef ukoll b’0.46% kontra d-Dollaru Awstraljan; b’0.67% kontra d-Dollaru Kanadiż; 0.57% kontra l-Yen u 0.26% kontra l-Frank Żvizzeru. L-Ewro wera żieda ta’ 0.22% kontra l-Isterlina.

Indiċi

Il-prezzijiet bil-quddiem fl-ishma Amerikani u tal-ishma waqgħu fl-Ewropa u fil-parti l-kbira tal-Asja hekk kif l-investituri studjaw il-futur tal-ishma wara ġimgħat ta’ żieda fil-prezzijiet. Id-Dollaru ssaħħaħ, iż-żejt waqqaf il-bejgħ qawwi tal-10 tijiem li għaddew u l-isterlina tbaxxiet hekk kif il-Prim Ministru May qed tiġġieled biex iżżomm ħaj l-pjan tagħha dwar il-Brexit.

L-indiċijiet fl-Ewropa b’mod ġenerali tbaxxew. Il-FTSE 100 tilef 0.40%; l-iSTOXX 50 b’0.72%; id-DAX b’1.36% u l-CAC 40 b’0.55%.

Id-Dow Jones tbaxxa b’0.40% mal-ftuħ waqt li kien hemm żieda ta’ 0.351% fl-Indiċi tal-Borża ta’ Malta.

Ishma

Fis-suq lokali, in-negozju fl-ishma kien wieħed kwiet bl-International Hotel Investments u Santumas Investments jiżdiedu b’aktar minn 0.70% u għalqu €0.63 u €1.42 rispettivament. Il-Bank of Valletta ma wrew ebda ċaqliq.

Sadattant, il-MIDI u l-Malta Properties Company tilfu aktar minn 1.40% b’dawn tal-aħħar jitilfu 1.79% għal €0.55.

Bonds

Fil-bonds lokali, kien hemm żieda ta’ 0.38% fil-Corinthia Finance 2026; 0.19% fil-Hili Properties 2025 u ta’ 0.18% fil-Bank of Valletta 2020.

F’terrritorju negattiv kienu l-Medserv 2020/23 li tilfu 0.05%; is-6PM Holdings b’0.05% ukoll; it-Tumas Investments 2027 b’0.24% u l-GlobalCapital 2021 b’0.85%.

Iż-żejt Brent illum tela’ b’1.30% għal $71.10 kull barmil bil-U.S.Light crude jitla b’1.00% għal $60.80.

Id-deheb wera tnaqqis ta’ 0.33% għal $1,205.60 u l-fidda b’0.41% għal 14,.0972.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-dollaru kien aktar baxx kontra l-parti l-kbira tal-muniti tal-Grupp tal-10 hekk kif il-Yen u l-Frank Żvizzeru avvanzaw minħabba tħassib dwar il-kummerċ, waqt li l-Isterlina ssaħħet għax l-investituri biegħu l-munita…

Barranin

L-Isterlina tbaxxiet għall-inqas rata tagħha fi kważi 18-il xahar waqt li kien hemm irkupru fil-bonds tal-Gvern Ingliż hekk kif kien irrapportat li l-Prim Ministru Ingliża Theresa May ħassret vot kruċjali…

Barranin

Il-ġimgħa li għaddiet l-ewro għadda minn fażi ta’ konsolidament kontra l-Isterlina wara dak li deher li kien laħaq qabeż l-inqas livell minn Awwissu. Dan iżda kien falz. Minn dak iż-żmien,…

Barranin

Muniti Iż-żona ewro mhux qed turi ebda sinjali ta’ tisħiħ ekonomiku bl-Italja f’xifer ta’ riċessjoni wara li l-gvern populista daħal f’battibekk mal-awtoritajiet Ewropej dwar il-pjanijiet tal-infiq. Bħalissa s-sitwazzjoni fir-reġjun magħmul…

Aktar