Id-dollaru jirpilja mill-inqas livelli mill-2018 għall-ogħla din il-ġimgħa

Id-dollaru irpilja mill-inqas livelli mill-2018 għall-ogħla din il-ġimgħa, iż-żidiet attribwiti parzjalment għax-xiri ta’ assi sikuri wara l-vjolenza fuq Capitol Hill u teħid ta’ profit mill-investituri li kienu qed jinvestu fl-ewro. L-Isterlina żammet taħt l-ogħla livelli f’sentejn u nofs hekk kif kibret l-ispekulazzjoni li l-Bank of England jista’ jbaxxi r-rati tal-interessi għal taħt  iż-żero aktar kmieni milli maħsub biex jiġġieled id-daqqa ekonomika mit-tielet lockdown.

Indiċi

L-indiċijiet ewlenin f’Wall Street fetħu ogħġa, bl-S&P 500 u d-Dow Jones qrib livelli għolja rekord minħabba li tamiet qawwija ta’ aktar għajnuna minħabba l-pandemija taħt Kungress Amerikan kontrollat mid-Demokratiċi għelbu lill-istatistika li wriet livelli elevati ta’ qgħad.

L-ishma Ewropej żdiedu għat-tieni sessjoni infila, mgħejuna minn tamiet li pakkett kbir ta’ stimulu mill-Istati Uniti u aktar tilqim madwar il-kontinent ser jixpruna rkupru ekonomiku qawwi. It-Tpoix tal-Ġappun kien l-aktar indiċi li wera żireda. L-indiċi lokali llum ukoll kellu żieda notevoli.

Ishma

Fis-settur tal-ishma lokali llum, il- Go kienu fuq quddiem b’żieda qawwija ta’ 8%, segwiti minn żidiet qawwija tajbin ukoll mill-PG b’aktar minn aktar minn 6%.  L-RS2 Software avvanzaw 4%.  L-ishma tal-Bank of Valleta kienu negozjati bla bidla fil-prezz. L-ishma tal-Malta International Airport tilfu kważi 1%. Il-Lombard Bank Malta tilfu 16%.

Bonds

Il-bonds tal-Phoenicia kellhom l-akbar żieda illum ta’ 3% segwiti mill-Medserv bi 2.5%.  L-AX u l-Bank of Valletta żdiedu b’aktar minn 1%, waqt li d-Dizz u l-iStivala kellhom żidiet aktar modesti. Il-Pendergardens kienu l-uniċi f’territorju negattiv b’0.24%

Il-prezzijiet taż-żejt kienu stabbli wara li laħqu l-ogħla livell fi 11-il xahar wara tnaqqis fil-ħażniet fl-Istati Uniti u u wara l-wegħda mill-Għarabja Sawdija li tnaqqas il-produzzjoni b’ammont aktar milli kien mistenni. Id-deheb u l-fidda llum kienu negattivi.