Barranin
Id-dollaru jissaħħaħ kontra muniti ewlenin

Din hija l-ġabra ta aħbarijiet finanzjarji ta kull nhar ta Ġimgħa miġbura minn BNF Bank.

Muniti

Id-dollaru issoda kontra muniti ewlenin oħrajn hekk kif l-investituri stennew data importanti dwar l-impjiegi fl-Istati Uniti li tista’ titfa’ dubbji dwar is-saħħa tal-irkupru ekonomiku mill-imxija tal-coronavirus.

Kontra l-ewro, id-dollaru kien $1.1851 fl-Asja, u dan fisser żieda wara l-inqas rata f’sentejn milħuqa nhar it-Tleita.

L-Isterlina kienet qed tiġi nnegozjata għal $1.3280 u b’hekk irtirata mill-ogħla livell tagħha fi kważi sena minħabba n-nuqqas ta’ progress fit-taħditiet kummerċjali bejn l-Ingilterra u l-Unjoni Ewropea. Kontra l-ewro, kienet qed tiġi nnegozjata għal 0.8910.

Id-Dollaru Awstraljan kiseb lura xi telf bikri u stabilizza wara li l-bejgħ bl-imnut fil-pajjiż żdied matul Lulju, u dan naqqas it-tħassib dwar l-ekonomija.

Indiċi 

L-ishma fl-Ewropa fetħu aktar baxxi llum hekk kif tkompla it-tħarbit mmexxi mill-ishma tat-teknoloġija mis-sessjoni ta’ qabel. L-iSTOXX 600 tilef 0.3% fil-ftuħ, bl-isħma tat-teknoloġija jitilfu 1% waqt li l-banek żdiedu 1.3%.

It-telf fl-ishma tat-teknoloġija fl-Istati Uniti infirex fuq setturi u swieq oħra, bl-Asja ukoll ikollha sessjoni dgħajfa. L-investituri issa qed jistennew id-data dwar l-impjiegi biex jqisu l-pass tal-irkupru ekonomiku.

Id-Dow Jones tilef 2.8% biex ikollu l-ikbar tnaqqis f’jum wieħed minn Ġunju, waqt li l-S&P 500 tilef 3.5% u l-Nasdaq tbaxxa 5%, b’waqgħa mil-livell għoli rekord ta nhar l-Erbgha.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijeit taż-żejt tilfu llum u resqin lejn tnaqqis fuq ġimgħa, hekk kif il-fokus tal-investituri dar lejn id-domanda u l-provvista adegwata ta fjuwil, u dan ibbilancja is-sostenn minn dollaru dgħajjef.

Il-volum ta’ żejt mhux raffinat li qed jasal miċ-Ċina, l-akbar importatur fid-dinja, mistenni jonqos f’Settembru. L-inventarji tad-distillates  f’Singapore ukoll żdiedu ‘il fuq mill-ogħla livell f’disa snin.

Il-prezzijiet tad-deheb żdiedu llum, hekk kif waqa’ d-dħul mill-bonds tal-Gvern Amerikan u tnaqqis fl-ishma globali. Dan qajjem domanda għad-deheb qabel ma joħorġu ċ-ċifri tal-impjiegi mill-Istati Uniti, iżda dollaru b’saħħtu wassal lid-deheb għal tnaqqis fuq ġimgħa.

Aħbarijiet Oħra

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minnn BNF Bank. Muniti Id-dollaru Amerikan tbaxxa mill-ogħla rata tiegħu f’xahrejn għax tamiet ta’ stimulu ġdid naqqas it-tħassib…

Muniti L-ewro tbaxxa għall-inqas livell hekk kif dejta ekonomika mill-Istati Uniti u tħassib dwar it-tieni mewġa tal-koronavirus tlaqqgħet ma’ dejta dgħajfa mill-Ewropa u żiedu l-valur tad-dollaru. Id-dollaru tela’ għal $1.1671…

Muniti L-Isterlina tbaxxiet kontra d-dollaru u l-ewro, wara li l-Bank of England qal li ngħata tagħrif kif tista’ tkun implimentata b’effett rata ta’ interessi negattiv jekk ikun hemm bżonn. Il-Bank…

Muniti Id-dollaru Amerikan tilef kontra l-muniti u kien kważi bla tibdil kontra l-ewro minħabba stennija li l-Federal Reserve seta’ jagħti ħjiel ta’ aktar azzjoni fil-politika monetarja, waqt li l-yuan Ċiniż…

Aktar