Barranin
Id-dollaru jissoda wara tħassib dwar it-taħdidiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina

Muniti

Id-dollaru llum issoda kontra muniti sensittivi għall-kummerċ għax reġa’ qam it-tħassib dwar it-taħditiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina hekk kif riesqa skadenza importanti, waqt li l-Isterlina issaħħet wara l-aħħar stħarriġ tal-opinjoni pubblika qabel l-elezzjoni ta’ din il-ġimgħa.

L-Isterlina laħqet l-ogħla rata f’sentejn u nofs kontra l-ewro wara li stħarriġ tal-opinjoni pubblik wera li l-Partit Konservattiv fil-gvern kabbar il-vantaġġ fuq ir-rivali tiegħu qabel l-elezzjoni ta’ nhar il-Ħamis. L-ewro kien ftit aktar sod kontra d-dollaru għal $1.1073 mir-rata tal-Ġimgħa ta’ $1.10395.

L-attenzjoni issa daret lejn il-laqgħat tal-Federal Reserve fl-Istati Uniti u tal-Bank Ċentrali Ewropew din il-ġimgħa. Skadenza li riesqa għall-mewġa oħra ta’ tariffi kontra ċ-Ċina ġabet kawtela fis-swieq finanzjarji, u dan għen lid-dollaru Amerikan kontra muniti sensittivi għall-kummerċ bħad-Dollari tal-Awstralja u ta’ New Zealand.

 

Indiċi

 

L-ishma Ewropej tbaxxew illum, minħabba l-waqgħa fil-prezz tal-ishma ta’ Tullow Oil plc wara li l-esploratur taż-żejt u tal-gass ma tax dividend, waqt li statistika dgħajfa miċ-Ċina wkoll laqtet ħażin lis-sentiment.

L-indiċi fl-Istati Uniti tbaxxa minħabba li statistika dgħajfa miċ-Ċina daħħlet biża’ ta’ tnaqqis fir-ritmu tat-tieni l-akbar ekonomija fid-dinja, waqt li l-investituri stennew aktar aħbarijiet dwar il-kummerċ qabel l-iskadenza dwar it-tariffi aktar tard din il-ġimgħa.

Ekwiti Lokali

 

Fil-Borża ta Malta, l-ishma tal-Bank of Valletta tilfu 2.96%; l-HSBC Bank Malta tbaxxew b’1.67%; l-International Hotel Investments żdiedu 2.65%; il-MIDI tilfu 2.91%; il-PG żdiedu b’0.56% waqt li s-Santumas Shareholdings żdiedu 0.71%.

 

Bonds

 

Fis-settur tal-bonds lokali, il-Pendergardens Developments 2020 żdiedu b’0.25%; in-1923 Investments 2024 żdiedu b’1.50%; il-Medserv 2026 tilfu 0.25%; il-Premier Capital 2026 tilfu 1.78%; it-Together Gaming Solutions 2024-2026 tbaxxew b’0.20%; l-SD Finance 2027 tilfu 1% waqt li l-SP Finance 2029 żdiedu 0.20%

 

Prodotti Essenzjali

 

Il-prezzijiet taż-żejt waqgħu llum wara statistika wriet li l-esportazzjoni miċ-Ċina tbaxxiet għar-raba’ xahar infila, u dan qajjem ansjetà fis-suq diġà mħasseb wara l-ħsara lid-domanda globali mill-gwerra kummerċjali bejn l-Istati uniti u ċ-Ċina.

Goldman Sachs żiedu t-tbassir tagħhom dwar il-prezz taż-żejt għall-2020, ghax qalu li ser ikun hemm inqas provvista fis-suq wara li l-OPEC u l-alleati qablu li jkabbru t-tnaqqis fil-produzzjoni fl-ewwel kwart tas-sena d-dieħla.

Kien hemm żieda fil-prezz tad-deheb hekk kif l-investituri investew fih minħabba l-possibilta li tikber il-gwerra kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina hekk kif riesqa l-iskadenza tal-15 ta’ Diċembru għal aktar tariffi Amerikani, waqt li l-prezz tal-palladju, li huwa skars, tela’ għal rekord fil-livell ta’ $1,900.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Muniti Id-dollaru Amerikan ma kellu ebda moviment kontra l-parti l-kbira tal-muniti ewlenin, għalkemm kompla biż-żieda tiegħu kontra l-yen Ġappuniż hekk kif ir-rata ta’ mwiet fl-Ewropa minħabba l-coronavirus tbaxxiet, waqt li…

Barranin

Muniti Id-dollaru ssoda llum iżda ħa pawsa mill-irkupru qawwi tal-aħħar ġimgħat wara li l-Federal Reserve għen lill-likwidità tal-munita fis-swieq finanzjarji billi għamilha eħfef għal banek ċentrali oħrajn biex jaċċessaw id-dollaru….

Barranin

Muniti Id-dollaru waqqaf ġimgħa ta’ telf llum u ikrupra kontra l-muniti ewlenin u swieq emerġenti aktar riskjużi hekk kif l-investituri qed iħejju għal inċertezza twila u passi eħrex mill-gvernijiet biex…

Barranin

Id-dollaru kien riesaq lejn l-akbar waqgħa f’ġimgħa f’aktar minn 10 snin hekk kif sensiela ta’ miżuri ta’ stimulu madwar id-dinja, inklużi $2 Triljun mill-Istati Uniti, għenu biex naqqsu t-tħarbita fis-swieq…

Aktar