Barranin
Id-dollaru jitbaxxa fl-isfond ta’ ċifri tal-PDG tal-Istati Uniti li wrew dgħufija fl-ekonomija

Muniti

L-ewro żdied lejn id-$1.2150 wara li d-dollaru tbaxxa għax iċ-ċifri tal-Prodott Domestiku Gross tal-Istati Uniti wrew dgħufija fl-ekonomija Amerikana, potenzjalment dan il-fattur jissuġġerixxi aktar sostenn mill-Federal Reserve. L-ewro żied mal-avvanz tal-bieraħ u estenda aktar l-irukpru ta’ matul il-ġimgħa sa 126.30 yen illum. L-ewro kien pożittiv kontra l-muniti maġġuri kollha bi ftit żieda kontra l-isterlina, iżda żieda qawwija kontra l-yen.

Indiċi

Is-swieq finanzjarji fl-Istati Uniti fetħu ogħla, bl-Ewropa tikseb xi ftit tas-serħan. Id-DAX tbaxxa kważi 1% kmieni illum, iżda wara nofsinhar irkupra kważi t-telf kollu.

Matul il-lejl, l-ishma Asjatiċi għalqu aktar baxxi bin-Nikkei jitbaxxa b’1.5%, il-Hang Seng 2.5% u t-Topix jitlef ftit aktar minn 1%. L-indiċi tal-Borża ta’ Malta żdied 0.19%.

Ishma

Lokalment, l-ishma pożittivi kienu ferm aktar minn dawk negattivi. Is-sessjoni ma kinitx biss pożittiva fl-għadd ta’ dawk pożittivi iżda anke bid-daqs taż-żieda. Il-Malta Property Company avvanzat kważi 4%, l-RS2 Software u Simonds Farsons Cisk żdiedu 2% u kien hemm żieda ta’ kważi 1% fil-PG. Il-Malta International Airport u l-Bank of Valletta tilfu madwar 0.80% kull wieħed.

Bonds

Anke fil-qasam tal-bonds, dawk b’żieda kienu ferm aktar minn dawk bi tnaqqis. Il-bonds tal-Corinthia Finance 2026 kellhom l-akbar żieda, dik ta’ 0.55%. Huma kienu segwiti minn 1923 Investments, Shoreline u l-International Hotel Investmednts kollha b’żieda inqas minn nofs punt perċentwali iżda tnejn min għaxra ta’ punt perċentwali jew aktar. Hili Finance 2029 tilfu 0.38%, Mariner Finance u Stivala tbaxxew b’madwar 1%.

Prodotti Essenzjali

Id-deheb kellu bidla drammatika matul in-negozju bikri fis-sessjoni tal-Amerika ta’ Fuq u żdied $20 fl-aħħar siegħa. Id-deheb qabeż lejn l-ogħla livelli ta’ kuljum, madwar $1,820, b’investituri jippruvaw jieħdu vantaġġ mill-momentum wara ġimgħa reżistenza għat-tnaqqis. Jekk iż-żieda fid-deheb hija deskritta bħala drammatika dik ta’ $5 fil-fidda hija aktar impressjonanti.

Il-prezzijiet spot f’negozju riċenti kiber fost spekulazzjoni li l-investituri li jixtru biex itellgħu l-prezz ser jikkordinaw bejniethom ħerġin mill-paġna WallStreetBets, u jattakkaw lill-investituri li jbiegħu l-prodott biex imbagħad jixtruh irħas. Il-petrol żdied 1%.