Barranin
Id-dollaru jitbaxxa ftit kontra muniti oħrajn fid-dawl tal-aħħar żviluppi politiċi

Muniti

Kien hemm domanda llum għal yen u muniti oħra meqjusa sikuri flimkien mad-deheb, hekk kif l-investituri tħassbu li l-qtil tal-aktar kmandant prominenti Iranjan mill-Istati Uniti jista’ jqajjem konflitt usa fil-Lvant Nofsani. Id-dollaru tbaxxa kontra l-muniti ewlenin u kien ftit aktar dgħajjef kontra l-ewro bil-munita unika tiżdied 0.24% għal $1.1188.

L-Isterlina ma kellha ebda moviment b’$1.3076 u 85.04 pence kull ewro qabel ġimgħa kruċjali li fiha ser jerġa’ jibda jiltaqa il-Parlament biex jiddibatti il-ftehim tal-ħruġ mill-Unjoni Ewropea li l-Prim Ministru Johnson laħaq qbil dwaru mal-UnjoniEwropea.

L-Isterlina rkuprat hekk kif l-investituri li biegħu l-munita għal assi sikuri irritornaw lejn il-munita Ingliża. Analisti qalu li r-reviżjoni ‘il fuq ta’ stħarriġ dwar in-negozju probabilment għen lill-Isterlina, waqt li l-fokus tal-investituri issa jintefa’ fuq id-dibattitu parlamentari t’għada dwar Brexit.

Indiċi

L-ishma Ewropej estendew it-telf hekk kif it-tensjoni wara l-qtil tasl-ġenerali Iranjan żamm in-negozjau ristrett għal assi sikuri, waqt li l-ishma tal-enerġija ibbenefikaw minn prezzijiet ogħla taż-żejt. L-ishma fl-Istati Uniti fetħu aktar baxxi minħabba li t-tensjoni li qed tikber bejn l-Istati Uniti u l-Iran inkoraġġiet lill-investituri biex ifittxu kenn f’assi aktar sikuri bħad-deheb u bonds tal-Gvern.

Stocks Lokali

Fil-qasam tal-ishma lokali, il-Mapfre Middlesea żdiedu bi 8.26% segwiti mill-Bank of Valletta b’0.95%. F’territorju negattiv kien hemm il-Malta International Airport li tilfu 0.72%, l-HSBC Bank Malta b’1.67% u l-PG bi 2.17%.

Bonds Lokali

Fis-settur tal-bonds lokali, il-Bank of Valletta 2020 tbaxxew 0.34%, in-1923 Investments 2024 b’0.29%, l-International Hotel Investments 2026 (it-tieni ħruġ) b’0.97%. F’territorju pożittiv kien hemm l-Eden Finance 2027 b’0.10%. il-Phoenicia Finance Company 2023/28 tilfu 0.38%, l-AX Investments 2029 żdiedu b’1.52% u l-Mercury Projects Finance 2031 tbaxxew b’0.37%.

Prodotti Essenzjali

Il-produzzjoni taż-żejt mill-OPEC matul Diċembru tbaxxiet hekk kif in-Niġerja u l-Iraq żammew mat-tnaqqis imwiegħed u l-Għarabja Sawdija, li hija l-esportatur ewlieni, kompliet tnaqqas il-produzzjoni qabel ftehim ġdid dwar tnaqqis fil-produzzjoni.

Skont stħarriġ, l-OPEC tellgħet 29.50 miljun barmil kuljum ix-xahar li għadda. Dawn hu 50,000 inqas minn Novembru. Il-prezzijiet irkupraw il fuq minn $70 kull barmil u estendew żieda ta 23% li kellhom matul l-2019 sostnuti mit-tnaqqis mill-OPEXC u t-tensjoni miżjuda fil-Lvant Nofsani.

Il-prezz tad-deheb tela’ għall-ogħla livell f’seba’ snin hekk kif l-investituri xtraw id-deheb minħabba t-tensjoni dejjem tikber bejn -Istati Uniti u l-Iran waqt li l-palladju qabeż il-livell ta’ $2,000 biex jilħaq livell għoli rekord.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro tbaxxa għall-inqas rata f’xahrejn kontra l-yen għal 119.94 yen kmieni matul il-jum. Il-munita unika tilfet ukoll kontra l-Frank Żvizzeru, għall-inqas livell fi 33 xahar ta’ 1.0683 frank kull…

Barranin

L-ewro llum baqa’ qrib l-inqas rata kontra d-dollaru f’seba’ ġimgħat wara li l-Bank Ċentrali Ewropew deher aktar kawt milli mistenni, waqt li l-ansejtà dwar l-imxija tal-coronavirus fiċ-Ċina tat spinta lill-yen, meqjus bħala…

Barranin

Muniti L-ewro tilef 0.22% wara l-laqgħa mistennija tal-Bank Ċentrali Ewropew, waqt li l-yuan Ċiniż tbaxxa minħabba il-biża’ dwar it-tixrid tal-viarus. Ewro kien jiswa $1.1067. Il-President tal-Bank Ċentrali Ewropew, Christine Lagarde…

Barranin

Muniti L-ewro llum baqa’ fl-inqas livell f’xahar fost aspettattivi li l-Bank Ċentrali Ewropew ser jadottaw ton kawt meta jiltaqa’ għada. Stħarriġ mill-Istitut ta’ Riċerka Ġermaniż, ZEW, wera li s-sentiment tal-investituri…

Aktar