Barranin
Id-dollaru jitbaxxa għall-inqas rata f’ġimgħa

Muniti

Id-dollaru tbaxxa għall-inqas rata f’ġimgħa kontra grupp ta’ muniti wara li dejta wriet żieda bla preċedent fl-Amerikani li marru jirreġistraw għal benefiċju tal-qgħad, hekk negozji madwar il-pajjiż qed jagħluq f’ħidma biex titnaqqas l-imxija tal-coronavirus.

Iż-żieda fin-nies qegħda tħabbret ftit wara li ċ-Ċermen tal-Federal Reserve Jerome Powell qal li l-ekonomija tal-Istati Uniti “aktarx li hija f’riċessjoni” iżda progress fil-kontroll tat-tifrix tal-virus ser jiddetta meta terġa' tiftaħ l-ekonomija. Ir-rimarki tiegħu kienu rikonoxximent mhux tas–soltu minn ċermen tal-Federal Reserve li l-ekonomija tkun qed tiċkien anke qabel ma jkunx hemm konferma permezz tal-istatistika. L-ewro żdied 1.07% għal $1.1001 l-ogħla mit-18 ta’ Marzu.

L-Isterlina estendiet iż-żidiet kontra d-dollaru, hekk kif il-Bank of England qal li huwa ppreparat biex jieħu aktar azzjoni biex jillimita l-ħsara ekonomika mill-pandemija tal-coronavirus u żamm r-rata tal-interessi f’livelli mal-qiegħ. Il-Bank of England, li kmieni dan ix-xahar naqqas darbtejn ir-rati tal-interess u żied l-programm ta’ xiri ta’ bonds, wiegħed aktar xiri ta' bonds jekk ikun meħtieġ sabiex inaqqas l-għeluq tan-negozju minħabba l-coronavirus ki jista jwassal għal riċessjoni twila.

Indiċi

Irkupru ta’ jumejn fis-swieq tal-ishma malajr għeb fl-Ewropa llum għax it-tifrix li għadu sejjer tal-coronavirus u l-biża’ ta’ riċessjoni globali kbira tappan l-ottimiżmu mill-ftehim fiskali ta’ stimulu ta’ $2 Triljun mill-Istati Uniti.

Kien hemm żieda mal-ftuħ f’Wall Street u estenda l-irkupru ta’ jumejn, hekk kif l-investituri qed jittamaw bis-sħiħ f’aktar miżuri ta’ stimulu wara li l-qgħad fl-Istati Uniti qabeż it-tliet miljun persuna l-ġimgħa li għaddiet biex wera l-impatt ekonomika tal-pandemija.

Ishma

Fl-ishma lokali, il-Malita Investments tilfu 2.50%, il-Bank of tbaxxew b’1.15%, il-Lombard Bank Malta tilef 0.99%, il-MaltaPost 0.88% u l-PG tbaxxew b’0.62%. F’territorju pożittiv kien hemm l-RS2 Software b’5.71% u l-Malta International Airport kellu l-akbar żieda dik ta’ 14.16%.

Bonds

Fil-qasam tal-bonds lokali, il-Pendergardens Developments 2022 It-Tieni serje tilfu 4.67%, it-Together Gaming Solutions 2024-2026 bi 2.33%, l-International Hotel Investments 2021 naqsu bi 2.20%, il-5% Phoenicia Finance Company 2023-2028 tilfu 2% u l-Mediterranean Maritime Hub Finance 2026 tbaxxew b’1.09%. L-International Hotel Investments 2026 żdiedu 1.54% u l-Premier Capital 2026 għalqu b’żieda ta’ 9.94%

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt waqgħu llum wara tliet sessjonijiet ta’ żieda, hekk kif domanda li qed tonqos minħabba restrizzjonijiet fuq il-moviment madwar id-dinja biex jingħeleb il-coronavirus, għelbet l-aspettattivi li l-pakkett ta' stimulu mill-Istati Uniti ta’ $2 triljun ser ikabbar l-attività ekonimiku. Il-prezz tad-deheb stabilizza ruħu llum u kiseb lura t-telf minn tnaqqis ta’ 1% kmieni fis-sessjoni, hekk kif għeb l-irkupru tad-dollaru u beda xiri ta’ assi sikuri minħabba l-aspettattivi ta’ żieda qawwija fil-qgħad fl-Istati Uniti minħabba l-pandemija.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Statistika ekonomika Ewropea tajba xprunat is-sentiment ta’ riskju llum, waqt li tilef l-ewro u l-indiċi tad-dollaru żdied xi ftit hekk kif  is-swieq finanzjarji bbilanċjaw tamiet għal rkupru ekonomiku globali…

Barranin

Muniti Grupp ġdid ta’ statistika ekonomika ħażina żammet lill-ewro u lill-isterlina taħt pressjoni hekk kif tbaxxa s-sentiment minħabba l-biża’ ta’ postijiet ġodda ta’ imxija qawwija tal-COVID-19 madwar id-dinja u li…

Barranin

Id-dollaru żamm sod illum hekk kif il-kwatela dwar iż-żidiet rapidi fil-każi tal-coronavirus fl-Istati Uniti tefgħet dubju dwar il-ftuħ mill-ġdid tal-ekonomija u dan żamm mhux mittiefsa d-domanda għad-dollaru meqjus bħala munita…

Barranin

Muniti Id-dollaru Amerikan żdied illum hekk kif fatturi li jinfirxu minn tensjonijiet kummerċjali għal biża dwar mewġa oħra tal-coronavirus kabbru d-domanda għal muniti meqjusa siguri. L-ewro tbaxxa għal $1.1207 u…

Aktar