Barranin
Id-dollaru jitbaxxa għall-inqas rata f’sitt xhur

Muniti

L-ewro, l-isterlina u numru ta’ muniti sensittivi għall-kummerċ irkupraw hekk kif id-dollaru tbaxxa għall-inqas rata f’sitt xhur, bl-investituri fiduċjużi li qed jitjiebu l-prospetti ekonomiċi globali u li r-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina u huma ferm aħjar.

Wara li kien b’saħħtu tista’ tgħid matul l-2019 kollha, minħabba is-saħħa tal-ekonomija Amerikana u l-preferenza tal-investituri għal munita sikura fost it-tilwima bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina, iż-żidiet tad-dollaru għas-sena għebu matul Diċrembru.

Id-dollaru tbaxxa qrib l-inqas rata fi tliet ġimgħat kontra l-yen f’negozju fqir fi tmiem is-sena hekk kif l-investituri iffavorew assi aktar riskjużi, imqanqla minn ottimiżmu dwar it-tkabbir globali. Id-dollaru tilef 0.2% għal 108.64 kontra l-yen, l-aktar dgħajjef mit-12 ta’ Diċembru u kien riesaq lejn it-tielet sessjoni ta’ telf.

L-isterlina kienet qed tkun negozjata għal $1.3115 wara li din is-sena żdiedet 2.8%. Tħassib li r-Renju Unit riesaq lejn Brexit bla ftehim fi tmiem l-2020 laqat ħażin lill-munita matul Diċembru.

Indiċi

L-ishma Ewropej temmew l-aħħar jum ta’ negozju tas-sena bi tnaqqis hekk kif l-investituri ħadu l-profitti wara irkupru rekord imqajjem minn ottimiżmu dwar il-kummerċ u tnaqqis tal-biża’ dwar riċessjoni globali.

L-indiċi tal-ishma fl-Istati Uniti tbaxxew wara li irtiraw minn livelli għolja record fis-sessjoni ta’ qabel, kif ukoll irkupru f’Wall Street, imqajjem mill-ottimiżmu dwar il-progress fil-kummerċ bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina, naqas fl-aħħar ġranet tas-sena.

Il-banek ħadu porzjon żgħir minn $150 biljun offruti mill-Federal Reserve fl-aħħar ħidma tal-2019 u naqset l-isp=iża tas-self li jfisser li l-Federal Reserve skansa ssikkar fi tmiem is-sena. Il-banek ħadu €25.60 biljun li joffru finanzjar fil-perjodu kruċjali ta’ tmiemn is-sena.

Prodotti Essenzjali

Il-prezz taż-żejt tbaxxa fl-aħħar jum ta negozju iżda xorta kien riesaq lejn żieda għax-xahar u għas-sena, mgħejun minn pawsa fit-tilwima kummerċjali maċ-Ċina u l-inkwiet fil-lvant nofsani.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-dollaru Amerikan tilef iż-żidiet bikrin illum bl-investituri fil-muniti ma jagħtux każ it-tensjonijiet diplomatiċi bejn l-Istati Uniti uċ-Ċina u ż-żieda fil-każi tal-coronavirus. Waqt li s-swieq finanzjarji għal bidu tbaxxew hekk…

Barranin

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank. Muniti Il-yen tela’ għall-ogħla rata f’ġimagħtejn u muniti sensittivi għar-riskju tbaxxew wara żieda fl-infezzjonijiet ġodda…

Barranin

Muniti Id-dollaru Amerikan llum tbaxxa kontra l-parti l-kbira tal-muniti hekk kif rkupru f’assi riskjużi bħall-ishma globali u prodotti essenzjali naqqsu d-domanda għall-munita Amerikana meqjusa bħala sikura. L-ewro żdied 0.1% għal…

Barranin

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank. Muniti Id-dollaru kien imwaħħal f’firxa dejqa, sostnut mill-flussi f’assi sikuri hekk kif il-qawmien mill-ġdid tal-coronavirus…

Aktar