Barranin
Id-dollaru jitbaxxa kawża tad-dewmien fir-riformi fiskali minn Trump

Muniti Kontra l-Ewro

Id-dollaru llum waqa’ għall-inqas rata f’ġimgħa kontra l-yen, minħabba tħassib dwar dewmien possibbli fil-pjani għar-riforma fiskali tal-President Trump, xhieda tal-popolarità dejjem tonqos tal-President, kif ukoll minħabba dħul inqas mill-bonds tal-Gvern Amerikan.

Indiċi

Wall Street illum fetaħ ftit aktar baxx b’0.13% bil-perjodu tar-rapport finanzjarji riesaq lejn tmiemu u l-investituri jiffokaw fuq id-dibattitu fost il-leġiżlaturi dwar il-liġi fiskali. Il-FTSE 100 żdied b’0.08%. L-indiċijiet maġġuri fl-Ewropa illum tilfu. L-iSTOXX 50, id-DAX u l-CAC 40 kellhom tnaqqis ta’ 0.35%, 0.20% u 0.43% rispettivament.

Ishma Lokali

Kien hemm bosta movimenti llum fis-suq tal-ishma lokali. Il-MIDI kien fuq quddiem b’żieda ta’ 3.13% segwiti mill-RS2 Software b’0.26%. Il-Bank of Valletta u l-Mapfre Middlesea tilfu 3.14% u 5.76% rispettivament.

Bonds lokali

Is-suq tal-bonds lokali kien b’mod ġenerali negattiv. Il-Bank of Valletta 2030 (L-Ewwel Serje) u l-Gasan Finance 2019/21 żdiedu b’0.49% u 0.01% rispettivament. Il-Grand Harbour Marina 2027 u l-GlobalCapital 2021 tilfu 0.48% u 2.16% rispettivament.

Indikaturi Ekonomiċi

L-iżbilanċ kummerċjali ta’ Franza kompla jikber matul Settembru għal €4.7 Biljun minn €4.2 Biljun fix-xahar ta’ qabel. L-Uffiċċju tad-Dwana qal li l-importazzjoni kienet akbar mill-esportazzjoni l-aktar minħabba bejgħ inqas barra l-pajjiż ta’ prodotti agrikoli u makkinarju industrijali.

Prodotti Essenzjali

Il-prezz taż-żejt tbaxxa hekk kif l-importazzjoni taż-żejt mhux maħdum miċ-Ċina tbaxxiet ftit illum għall-inqas livell f’sena, iżda it-telf kien parzjalment bilanċjat minn kawtela tal-investituri minħabba t-tensjonijiet politiċi li qed jiżdiedu fil-Lvant Nofsani. Il-prezz tad-deheb illum żdied hekk kif id-dollaru tbaxxa minħabba li jista’ jkun hemm dewmien fir-riformi fiskali fl-Istati Uniti iżda l-possibiltà ta’ żieda fir-rati tal-interessi fl-Istati Uniti matul Diċembru illimitat iż-żidiet fil-prezz tad-deheb.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Muniti L-isterlina baqgħet qrib l-inqas rata fi 13-il xahar, hekk kif l-investituri saħħew il-fehma li d-dollaru ser ikompli jissaħħaħ u minħabba l-inċertezza dwar jekk ir-Renju Unit hux ser jikseb ftehim…

Barranin

Muniti L-Ewro tbaxxa għall-inqas rata fi 13-il xahar, il-muniti tas-swieq emerġenti komplew jitilfu u l-Yen tela’ għall-ogħla rata f’sitt ġimgħat għax il-waqgħa fil-valur tal-lira Torka wasslet biex l-investituri jfittxu muniti…

Lokali

Id-dollaru żdied għall-ogħla livell fi 13-il xahar kontra grupp ta’ muniti u kien hemm ukoll żieda tajba fir-rata tal-yen, bis-sentiment tal-investituri għar-riskju jonqos fost tensjonijiet globali kummerċjali li qed jiżdiedu…

Barranin

Muniti Id-Dollaru żdied kontra l-parti l-kbira tal-muniti ewlenin hekk kif l-investituri huma tal-fehma li d-diskors dwar il-gwerra kummerċjali u l-ekonomija soda tal-Istati Uniti ser ikomplu jgħinu lill-munita. It-tensjonijiet kummerċjali qed…

Aktar