Barranin, Lokali
Id-dollaru jitbaxxa qrib l-anqas rata f’sitt xhur

Muniti Kontra l-Ewro

Id-dollaru Amerikan illum kien qed jixxengel qrib l-anqas rati f’sitt xhur kontra l-muniti ewlenin l-oħrajn, hekk kif it-tħassib dwar l-aħħar żviluppi politiċi fl-Istati Uniti komplew itappnu d-domanda għad-dollaru. Ir-rata tal-ewro kontra d-dollaru kienet stabbli f’1.1087, ftit lil hinn mill-ogħla livell f’sitt xhur ta’ 1.1122 li ntlaħqet matul il-lejl. Id-dollaru ddgħajjef wara rapport li l-President Trump skambja informazzjoni sensittiva mal-Ministru tal-Affarijeit Barranin Russu f’laqgħa l-ġimgħa li għaddiet.

Id-dollaru Amerikan żdied kontra dak Kanadiż illum, minkejja s-saħħa tad-data ekonomika Kanadiża u fost it-tħassib dwar il-ġrajjiet politiċi f’Washington.

Indiċi

L-inkwiet madwar l-amministrazzjoni ta’ Trump infirex lejn is-swieq finanzjarji, hekk kif tbaxxew l-istokks Amerikani bl-aktar rata minn Marzu waqt li l-bonds tat-Teżor issaħħew flimkien mad-deheb.

L-istokks fl-Ewropa kienu nnegozjati tajjeb hekk kif l-investituri rtiraw mil-livelli rekord għoljin tal-istokks ewlenin u warbu lid-dollaru Amerikan fost ir-rapporti tal-iskandlu politiku li qed jaħkem lill-White House li qed jhedded li jaħkem ukoll lill-amministrazzjoni ta’ Trump.

Id-DAX tal-Ġermanja tbaxxa b’aktar minn 0.7% fil-ftuħ iżda naqqas dan għal 0.4% hekk kif kompliet is-sessjoni.

Ishma Lokali

Is-suq tal-ishma kien ġeneralment negattiv: Il-PG kellhom telf ta’ 1.16%; il-Bank of Valletta 1.36%; l-International Hotel Investments 2.42% u l-Malta Properties Company 3.77%.

Bonds

Is-suq tal-bonds lokali kien imħallat. Il-MIDI 2026 u l-Edene Finance 2027 żdiedu b’0.98% u 0.83% rispettivament iżda kien hemm tnaqqis ta’ 0.73% fl-International Hotel Investments 2026 u ta’0.74% fl-SD Finance 2027.

Indikaturi Ekonomiċi

Ir-rata tal-qgħad fir-Renju Unit waqgħat bla mistenni matul Marzu, għalkemm kien hemm żieda aktar milli mistennija matul April. L-Uffiċċju tal-Istatistika Nazzjonali qal li r-rata ta’ nies qegħda tbaxxiet għal 4.6% f’Marzu kontra t-tbassir biex baqgħet stabbli maċ-ċifra ta’ Frar li kienet 4.7%. Din kienet l-anqas mill-1975.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt tbaxxew fin-negozju Ewropew illum, u tbiegħdu mill-ogħla livelli f’aktar minn tliet ġimgħat wara li statistika dwar l-industrija matul il-lejl uriet żieda sorprendenti fil-ħażniet taż-żejt fl-Istati Uniti.

Il-prezz tad-deheb żdied għall-ħames jum wara l-ieħor hekk kif l-inkwiet politiku u data ekonomika batuta mill-Istati Uniti naqqsu l-istennija ta’ żidiet fir-rati tal-interessi din is-sena, baxxew id-dħul mill-bonds Amerikani u tefgħu lid-dollaru fl-anqas rata f’sitt xhur.

Banif daily tables 17 05 17

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Matul din il-ġimgħa d-dollaru kellu żieda, mgħejjun minn tkabbir fl-ottimiżmu dwar il-prospetti għar-riformi fiskali tal-Istati Uniti. L-isterlina tbaxxiet għall-inqas rata f’ġimgħa kontra l-ewro wara li statistika wriet tnaqqis mhux…

Barranin

  Emirates today launched a US$15 million campaign to inspire travel and promote the airline’s extensive network of global destinations including its home and hub, Dubai. The campaign is backed…

Barranin, Lokali

Muniti Kontra l-Ewro Id-dollaru żamm iż-żidiet tal-bidu u baqa’ fl-ogħla livell f’ġimgħa kontra basket ta’ muniti, wara rapport li l-President Amerikan qed imiel lejn għażla ta’ bniedem favur żieda fir-rati…

Barranin

Muniti L-ewro ssaħħaħ kontra d-dollaru u l-isterlina kmieni din il-ġimgħa iżda tilef iż-żieda kontra l-isterlina li żdiedet b’aktar minn ċenteżmu kontra d-dollaru biex laħqet l-ogħla livell fi tmint ijiem kontra…

Aktar