Barranin
Id-Dollaru jitbaxxa wara l-ftehim bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina

Muniti

Id-Dollaru llum tbaxxa għall-inqas rata f’ġimgħa kontra l-Yen, imminat mill-ftehim bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina u l-possibiltà ta’ ġlieda dwar it-tariffi mal-Ewropa. L-Ewro, sadattant, ftit inbidel għal $1.1283 wara sessjoni volatili lbieraħ.

Kibru l-aspettattivi li l-Federal Reserve ser ibaxxi r-rati tal-interessi għall-ewwel darba f’10 snin fil-laqgħa dwar il-politika monetarja dan ix-xahar. Is-swieq qed iqisu li hemm 70% probabbiltà ta’ tnaqqis ta’ kwart ta’ punt perċentwali fir-rata.

Indiċi

Is-swieq Ewropej kienu ogħla llum waranofsinhar wara li l-mexxejja Ewropej ftehmu dwar il-persuni li ser ikunu nominati biex imexxu l-istituzzjonijiet ewlenin għall-ħames snin li ġejjin wara summit maratona.

L-iSTOXX 600 żdied b’0.8% l-ogħla livell minn bidu Mejju, bl-ishma dwar l-ivvjaġġar u d-divertiment fuq quddiem b’żidiet ta’ 1.5% waqt li l-ishma taż-żejt u l-gass kienu l-uniċi f’territorju negattiv.

Fl-Istati Uniti s-suq fetaħ b’aktar żidiet fuq l–indiċijiet ewlenin u l-S&P 500 kellu s-seba’ għeluq rekord din is-sena fil-jum ta’ qabel. L-istorja tan-negozju finanzjarju turi li Lulju jista’ jkun xahar tajjeb għall-ishma.

Ishma

Fil-qasam lokali, l-ishma tal-FIMBank avvanzaw b’1.69%, segwiti minn Bank of Valletta b’0.88%.

Il-Medserv tilfu 4.35% u l-BMIT Technologies 0.91%. L-HSBC Bank, il-Malta International Airport u l-Mapfre Middlsea ma kellhom ebda bidla minkejja n-negozju fihom.

Bonds

Fis-settur tal-bonds lokali, l-iStivala Group Finance 2027 żdiedu b’1.94%; il-Mercury Projects Finance 2027 b’1.68% u l-Mediterranean Investments Holding 2020 b’1%.

Id-Dizz Finance 2026 tilfu 3.30% segwiti minn Pendergardens Developments 2020 tilfu 1.48%.

Il-fatt li l-President Russu Putin fi tmiem il-ġimgħa ħabbar li l-OPEC ser testendi t-tnaqqis fil-produzzjoni taż-żejt qabel mal-grupp lanqas biss kien iltaqa’, irrabja xi ftit lil xi pajjiżi membri. Huma ma ħadux pjaċir bir-rwol ta’ tmexxija li r-Russja, li xi darba kienet
meqjusa bħala r-rival fis-suq taż-żejt, qed tieħu fit-tfassil tal-politika tal-grupp.

Iżda r-realtà malajr ġiet aċċettata għax Moska tista’ tgħin lill-OPEC fil-għan li ssostni l-prezzijiet taż-żejt fi żmien meta qed tiffaċċja pressjoni qawwija kuntrarja mill-President Trump.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-dollaru ssoda llum iżda xorta kien fuq id-difiża wara li uffiċjali tal-Federal Reserve saħħew l-aspettattiva ta’ tnaqqis aggressiv fir-rati tal-interessi dan ix-xahar biex jindirizzaw il-pressjonijiet dgħajfa mill-prezzijiet. F’konferenza tal-bank ċentrali,…

Barranin

Muniti L-Isterlina tbaxxiet għal inqas minn $1.24 illum, livelli li qatt ma kienet fihom għal aktar minn sentejn, hekk kif l-investituri komplew jistudjaw ir-riskji li qed jikbru li r-Renju Unit…

Barranin

Muniti L-ewro llum baqa’ fil-firxa riċenti ta’ negozju kontra d-dollaru, bil-progress tiegħu limitat mill-aspettattiva dwar pożizzjoni mhux aggressiva tal-bank Ċentrali Ewropew il-ġimgħa d-dieħla u wara li l-investituri saru inqas aggressivi…

Barranin

L-ewro kien ftit aktar b’saħħtu fil-livell ta’ $1.1264 iżda ftit inqas mill-$1.1285 li laħaq nhar il-Ħamis qabel ma ħarġet id-dejta dwar l-inflazzjoni fl-Istati Uniti. Id-dollaru kien b’saħħtu l-Ġimgħa wara li…

Aktar