Barranin
Id-Dollaru jitfa’ muniti oħrajn f’pressjoni wara li kompla jissaħħaħ

Muniti

Id-Dollaru ssaħħaħ u tefa’ lill-Yuan Ċiniż għall-inqas livell riċenti u tefa’ pressjoni fuq id-Dollaru Awstraljan minħabba biża ta’ żieda imminenti fil-ġlieda kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina.

L-Ewro tbaxxa 0.03% kontra d-Dollaru għal $1.1688; 0.11% kontra l-Isterlina u 0.01% kontra l-Yen. Sadattant, il-munita unika żdiedet 0.20% kontra d-Dollaru Awstraljan u 0.09% kontra l-Frank Żvizzeru.

Indiċi

L-ishma Ewropej irtiraw xi ftit hekk kif numru ta’ rapporti finanzjarji minn kumpaniji ma rnexxielhomx inaqqsu t-tħassib dwar il-kunflitt bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina u minħabba rapporti dgħajfa dwar it-tkabbir fis-settur tal-manifattura taż-żona tal-Ewro.

Il-FTSE 100 tbaxxa b’1.19%, l-iSTOXX 50 b’0.45%, id-DAX b’0.69% u l-CAC 40 b’0.09%.

Id-Dow Jones fetaħ b’żieda ta’ 0.03%.

Il-prezz taż-żejt tbaxxa taħt l-$74 kull barmil, taħt pressjoni minn rapport tal-industrija taż-żejt li juri li l-ħażniet taż-żejt mhux maħdum tal-Istati Uniti żdiedu bla mistenni u minn produzzjoni ogħla mill-OPEC. Dan kollu juri provvista biżżejjed.

L-American Petroleum Institute qal li l-ħażniet taż-żejt għolew b’5.6 miljun barmil il-ġimgħa li għaddiet. L-analisti kienu qed jistennew tnaqqis ta’ 2.8 miljun barmil.

Il-Brent tilef 1.93% għal $72.76 waqt li l-U.S. light crudle tbaxxa b’1.57% għal $67.68.

Sadattant, id-deheb tilef 0.30% għal €1,220.54 kull uqija u l-fidda naqqset b’1.05% għal $15.40 kull uqija.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-Dollaru llum tilef iż-żidiet bikrija u tbaxxa waqt li l-muniti tas-swieq emerġenti tilfu kważi nofs punt perċentwali hekk kif l-investituri qed jistennew il-mossa li tmiss fit-tilwima kummerċjali bejn l-Istati Uniti…

Barranin

Id-Dollaru għola ferm kontra grupp ta’ muniti rivali, u tbiegħed mill-inqas livell f’ġimagħtejn fis-sessjoni preċedenti, hekk kif l-investituri qagħdu jistennew id-deċiżjoni minn tliet banek ċentrali dwar il-politika monetarja. L-Ewro tilfet…

Barranin

L-irkupru tal-Ewro sfuma hekk kif tnaqqis qawwi fis-sentiment tal-investitur għar-riskju baxxa lill-munita unika. Dan warrab is-sentiment pożittiv riċenti lejn id-dejn tal-Gvern Taljan qabel laqgħa tal-bank ċentrali din il-ġimgħa. Ċaċliq usa’…

Barranin

Muniti Id-Dollaru bata biex jibni fuq iż-żidiet tal-ġimgħa li għaddiet waqt li l-investituri marru għal assi riskjużi mmexxija mill-muniti Skandinavi, inkorraġuti minn waqgħa fid-dħul tal-bonds f’pajjiżi periferali fl-Ewropa bħall-Italja. Muniti…

Aktar