Barranin
Id-Dollaru jkompli jissaħħaħ u laħaq l-ogħla rata f’ġimgħa

Muniti

Id-dollaru jissaħħaħ, u laħaq l-ogħla rata f’ġimgħa kontra l-Yen, hekk kif l-investituri stennew ħjiel mill-Federal Reserve dwar kif iħares lejn l-ekonomija tal-Istati Uniti u kemm-il żieda fir-rati tal-interessi ser ikun hemm matul l-2018.

Is-suq tal-bejgħ bil-quddiem implika li l-investituri qed jistennew li l-Federal Reserve ser iżid ir-rati tal-interessi bi kwart ta’ punt għall-firxa ta’ minn 1.50% sa 1.75% wara laqgħa ta’ jumejn li ser tibda llum.

Id-Dollaru Kanadiż issoda kontra dak Amerikan aktar b’saħħtu hekk kif għolew il-prezzijiet taż-żejt u l-istatistika domestika wriet żieda fil-bejgħ bl-ingrossa, waqt li l-investituri qed iħejju ruħhom għal żieda potenzjali fir-rati tal-interessi mill-Federal Reserve għada.

L-Isterlina tbaxxiet, u tilfet xi ftit miż-żidiet bikrin wara statistika wriet li l-inflazzjoni fir-Renju Unit naqqset mir-ritmu aktar milli kien mistenni matul Frar. Il-prezzijiet għal konsumatur żdiedu bir-rata annwali ta’ 2.7% matul ix-xahar li għadda, l-inqas żieda minn Lulju 2017 hekk kif l-impatt tar-referendum tal-2016 dwar il-Brexit ma nħassx aktar.

Indiċijiet

Aġġornament dwar l-istrateġija mill-kumpanija tar-reklamar Publicis,  li ntlaqa’ tajjeb ħafna, għen biex saħħaħ l-ishma Ewropej wara li tħassib dwar aktar regolamentazzjoni u tassazzjoni ta’ kumpaniji kbar tat-teknoloġija wassal għall-bejgħ qawwi matul il-lejl f’Wall Street.  L-ishma ta’ Publicis żdiedu b’aktar minn 2% wara li t-tielet l-akbar kumpanija tar-reklami fid-dinja qalet li ser tirdopjja l-ħidma tagħha biex issir sħab konsulenta għal kumpaniji tar-reklamar onlajn bil-għan li tgħin fit-tkabbir li bħalissa huwa kajman.

L-indiċijiet illum kienu b’mod ġenerali pożittivi fl-Ewropa u fl-Istati Uniti iżda t-Topix tal-Ġappun għalaq f’territorju negattiv. L-Indiċi tal-Borża ta’ Malta kellu żieda ta’ 0.24% wara li l-ishma tal-Mapfre Middle Sea laħqu livell għoli ġdid għal din is-sena kuntrarjament għat-Tigne Mall li waqgħu għall-inqas livell għal l-2018.

Prodotti Essenzjali

Il-prezz taż-żejt laħaq l-ogħla livell tiegħu għal dan ix-xahar, hekk kif it-tensjoni fil-Lvant Nofsani u l-possibbiltà ta’ aktar tnaqqis fil-produzzjoni mill-Veneżwela għenu biex jitnaqqas l-impatt negattiv tal-produzzjoni dejjem togħla mill-Istati Uniti.

Il-prezzijiet bil-quddiem tal-Brent kienu bid-$67.28 kull barmil, l-ogħla minn tard fi Frar. Il-prezz għal Mejju tal-US West Texas Intermediate Brent kellu żieda ta’ $1.19 għal $63.26 kull barmil.

Il-prezzijiet tad-deheb tbaxxew hekk kif issaħħaħ id-dollaru qabel il-laqgħa tal-Federal Reserve li matulha l-Bank Ċentrali Amerikan mistenni li jżid ir-rati tal-interessi għall-ewwel darba din is-sena.  Il-laqgħa wasslet biex id-deheb jitlef 4% mill-ogħla prezz f’sena u nofs f’Jannar.

Rati tal-interessi għolja  huma negattivi għad-deheb għaliex huma jgħollu d-dħul mill-bonds, inaqqsu s-sentiment lejn id-deheb u għandhom ħabta li jsaħħu d-dollaru u b’hekk id-deheb isir ogħla għal dawk li jużaw muniti oħrajn.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-Dollaru Amerikan żamm maż-żidiet wara li tela’ mill-inqas rata fi tliet ġimgħat hekk kif it-tnaqqis fit-tensjoni dwar gwerra kummerċjali kabbar is-sentiment għar-riskju fost l-investituri. Is-swieq finanzjarji fl-Istati Uniti kienu mgħejjuna…

Barranin

L-ewro llum qabeż id-$1.24 għall-ogħla rata fi tliet ġimgħat wara li dejta ekonomika tajba ferm miċ-Ċina u tnaqqis fit-tħassib dwar aktar attakki Amerikani fis-Sirja reġgħu qanqlu s-sentiment ta’ riskju, għalkemm…

Barranin, Lokali

Il-Fimbank ħareġ aktar minn mitejn miljun ishma ġodda bi dritt għall-azzjonisti tiegħu Il-bank jittama li b’din ir-rights issue, l-azzjonisti tiegħu jżidu l-investiment tagħhom fil-bank b’mija u erbatax-il miljun Dollaru Amerikan….

Barranin

Id-dollaru laħaq l-ogħla rata f’sitt ġimgħat kontra l-Yen illum hekk kif naqset il-kawtela dwar intervent militari mill-Punent fuq is-Sirja bl-investituri qed jistennew rapporti finanzjarji tajbin minn kumpaniji Amerikani. Id-dgħufija tal-Yen,…

Aktar