Barranin
Id-Dollaru jkompli jistgħana bit-tensjonijiet kummerċjali

Muniti

Id-Dollaru żdied kontra l-parti l-kbira tal-muniti ewlenin hekk kif l-investituri huma tal-fehma li d-diskors dwar il-gwerra kummerċjali u l-ekonomija soda tal-Istati Uniti ser ikomplu jgħinu lill-munita.

It-tensjonijiet kummerċjali qed ikunu meqjusa bħala ta’ benefiċċju għad-Dollaru Amerikan għax l-ekonomija tinsab f’pożizzjoni aħjar li timmaniġġa l-protezzjoni mis-swieq emerġenti, u t-tariffi jistgħu jnaqqsu l-iżbilanċ kummerċjali tal-pajjiż.

L-Ewro tilef 0.16% kontra d-Dollaru għal $1.1592. Barra dan, il-munita unika tilfet 0.22% kontra l-Isterlina; 0.09% kontra d-Dollaru Kanadiż u 0.20% kontra l-Frank Żvizzeru. Madankollu, l-Ewro wera żieda ta’ 0.04% kontra d-Dollaru Awstraljan u 0.02% kontra l-Yen.

Indiċi

L-ishma fl-Ewropa tbaxxew għax ir-rapporti finanzjarji mill-kumpaniji wasslu għal ċaqliq qawwi fil-prezzijiet u ma rnexxielhomx iwarrbu t-tħassib dwar it-tensjonijiet bejn iċ-Ċina u l-Istati Uniti u s-sanzjonijiet ġodda kontra r-Russja.

L-indiċijiet Ewropej illum kienu kollha f’territorju negattiv. Il-FTSE 100 tilef 0.71%; l-iSTOXX 50 0.27%; id-DAX 0.20% u l-CAC 40 0.31%.

Id-Dow Jones fetaħ 0.05%ogħla waqt li l-indiċi tal-Borża ta’ Malta żdied b’0.211%.

Ishma

Fil-qasam tal-ishma lokali, l-HSBC Bank Malta żdiedu b’0.53% għal €1.88. Sadattant il-Plaza Centres, il-Bank of Valletta u l-RS2 Software wrew żieda ta’ aktar minn 0.90%.

Bonds

F’dak li għandu x’jaqsam mal-bonds lokali, it-Tumas Investments 2024, l-International Hotel Investments 2026, il-Premier Capital 2026 u l-Mediterrean Maritime Hub Finance 2026 żdiedu b’aktar minn 0.70%.

Sadattant il-Mariner Finance 2024, il-Hudson Malta 2026 u l-International Hotel Investments 2025 tilfu aktar minn 0.40%.

Il-prezz taż-żejt żdied u rkupru xi ftit mit-telf qawwi tal-bieraħ, wara li bdiet isseħħ l-ewwel parti tas-sanzjonijiet Amerikani kontra l-Iran, għalkemm il-fiduċja fid-domanda għaż-żejt mhux maħdum intlaqtet mit-tilwima kummerċjali li dejjem tiżdied bejn iċ-Ċina u l-Istati Uniti.

Il-Brent żdied 0.19% għal $72.36 waqt li l-U.S. Light Crude ma ċċaqlaqx u baqa’ $66.94 kull barmil.

Il-prezz tad-deheb wera żieda ta’ 0.09% għal $1,215.12 kull uqija bil-fidda titla’ 0.06% għal $15.46 kull uqija.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-Dollaru resaq lejn l-inqas rata f’seba’ ġimgħat kontra grupp ta’ muniti oħrajn, waqt li l-muniti bbażati fuq l-prodotti essenzjali avvanzaw wara serħan li l-aħħar rawnd ta’ tariffi mħabbra miċ-Ċina u…

Barranin

Muniti Id-Dollaru żamm qrib l-inqas rati f’seba’ ġimgħat kontra r-rivali tiegħu waqt li muniti riskjużi żdiedu wara li l-President Trump kabbar it-tilwima maċ-Ċina bl-impożizzjoni ta’ tariffi ta’ 10% fuq madwar…

Barranin

Id-Dollaru llum tilef iż-żidiet bikrija u tbaxxa waqt li l-muniti tas-swieq emerġenti tilfu kważi nofs punt perċentwali hekk kif l-investituri qed jistennew il-mossa li tmiss fit-tilwima kummerċjali bejn l-Istati Uniti…

Barranin

Id-Dollaru għola ferm kontra grupp ta’ muniti rivali, u tbiegħed mill-inqas livell f’ġimagħtejn fis-sessjoni preċedenti, hekk kif l-investituri qagħdu jistennew id-deċiżjoni minn tliet banek ċentrali dwar il-politika monetarja. L-Ewro tilfet…

Aktar