Barranin
Id-Dollaru jkompli jitlef wara l-ftehim bejn Trump u Xi

Ir-rata tal-Ewro ssaħħet kontra d-dollaru u kompliet bil-moviment ‘il fuq li kien beda l-ġimgħa li għaddiet.

L-istatistika ppublikata llum turi li l-indiċi tal-produzzjoni taż-żona tal-ewro żdied għal 0.8%, il fuq mill-estmi ta’ 0.5%.

Għada l-President tal-Bank Ċentrali Ewropew Mario Draghi ser jitkellem f’konferenza bankarja fi Frankfurst. Il-Ġermanja u ż-żona tal-ewro ser joħorġu statistika dwar is-settur tal-manifattura u l-bejgħ bl-imnut fiż-żona tal-Ewro.

Id-dollaru kompla jitlef din il-ġimgħa u baqa’ taħt pressjoni wara s-summit ta’ tmiem il-ġimgħa fejn il-President Trump u dak Ċiniż Xi Jinping f’laqgħa qablu li jissospendu ż-żieda fit-tariffi fuq il-prodotti Ċiniżi kollha minn 10% għal 25% u dan intlaqa’ b’serħan mis-swieq.

L-indikaturi Ġermaniżi komplew ibatu fir-raba’ kwart tas-sena. It-tilwima kummerċjali globali naqqset l-esportazzjoni Ġermaniża u tnaqqis fl-ekonomija taż-żona tal-ewro tappnet it-tkabbir fis-settur tal-manifattura fil-Ġermanja.

L-Ewro żdied b’0.52% kontra d-dollaru għal $1.1400. Il-munita unika żdiedet 0.23% kontra l-Isterlina; 0.14% kontra d-Dollaru Kanadiż; 0.54% kontra l-Yen u 0.07% kontra l-Frank Żvizzeru. L-ewro tbaxxa 0.02% kontra d-Dollaru Awstraljan.

Indiċi

Il-prezzijiet bil-quddiem tal-ishma Amerikani tbaxxew u l-ishma Ewropew segwew it-tnaqqis fl-Asja hekk kif l-investituri ħadmu fuq l-ottimiżmu tagħhom wara l-kalma fit-tilwima kummerċjali. Il-bonds tal-Gvern Amerikan żdiedu waqt li d-dollaru rtira.

L-indiċijiet Ewropej kienu kollha f’territorju negattiv. Il-FTSE 100 tilef 0.83%; l-iSTOXX 0.03%; id-DAX 0.36% u l-CAC 40 0.05%.

Id-Dow Jones tilef 0.64% mal-ftuħ waqt l-indiċi Malti tilef ukoll, 0.168%.

Ishma

Fil-qasam tal-ishma lokali,il-Malta International Airport, il-Medserv u l-MaltaPost tilfu 1.61%, 0.83% u 0.62% rispettivament. Il-Bank of Valletta ma kellu ebda bidla.

Bonds

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, il-Von der Heyden Group Finance 2024 tbaxxew 0.24% għal €102.50.

F’territorju pożittiv, it-Tumas Investments 2027, il-Bank of Valletta 2030 (It-tieni serje), in-1923 Investments 2024, id-Dizz Finance 2026, il-Premier Capital 2026 u l-Izola Bank 2025 żdiedu b’aktar minn 0.10%. L-Izola Bank 2025 żdiedu l-aktar b’0.98% għal €103.

Commodities

Il-prezz taż-żejt kompla jsib appoġġ, u avvanza għat-tieni jum wara l-ieħor wara sensiela ta’ mossi mill-produtturi biex jindirizzaw iż-żieda fil-provvista li kkontribwiet għal tnaqqis kbir fil-prezz tal-West Texas Intermediate ix-xahar li għadda.

Il-Brent żdied 1.09% għa; $62.94 u l-U.S.Light crude tela’ b’4.73% għal $53.89.

Id-deheb kellu żieda ta’ 0.57% għal $1,239.30 waqt li l-fidda kellha wkoll żieda ta’ 0.85% għal $14.56.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-dollaru kien aktar baxx kontra l-parti l-kbira tal-muniti tal-Grupp tal-10 hekk kif il-Yen u l-Frank Żvizzeru avvanzaw minħabba tħassib dwar il-kummerċ, waqt li l-Isterlina ssaħħet għax l-investituri biegħu l-munita…

Barranin

L-Isterlina tbaxxiet għall-inqas rata tagħha fi kważi 18-il xahar waqt li kien hemm irkupru fil-bonds tal-Gvern Ingliż hekk kif kien irrapportat li l-Prim Ministru Ingliża Theresa May ħassret vot kruċjali…

Barranin

Il-ġimgħa li għaddiet l-ewro għadda minn fażi ta’ konsolidament kontra l-Isterlina wara dak li deher li kien laħaq qabeż l-inqas livell minn Awwissu. Dan iżda kien falz. Minn dak iż-żmien,…

Barranin

Muniti Iż-żona ewro mhux qed turi ebda sinjali ta’ tisħiħ ekonomiku bl-Italja f’xifer ta’ riċessjoni wara li l-gvern populista daħal f’battibekk mal-awtoritajiet Ewropej dwar il-pjanijiet tal-infiq. Bħalissa s-sitwazzjoni fir-reġjun magħmul…

Aktar