Id-dollaru jogħla mgħejun minn diskors dwar ftehim biex tkun riżolta l-kwistjoni bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina

Muniti

Id-dollaru kien ogħla u qrib id-$1.10 mgħejjun minn aktar diskors dwar ftehim biex tkun riżolta il-kwistjoni bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina waqt li kienet baxxa il-volatilità f’muniti maġġuri oħra.

Il-volatilità bejn l-ewro u d-dollaru baqgħet qrib livell baxx rekord u jinsabu imwaħħla f’firxa dejqa ta’ negozju fl-assenza ta katalisti maġġuri bħal bidliet fil-politika monetarja.

Id-dollaru Kanadiż ftit li xejn inbidel kontra dak Amerikan qrib l-ogħla livell f’ħamest ijiem hekk kif ottimiżmu dwar ftehim bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina ukoll ghen.

L-Isterlina kienet ftit ogħla u irkuprat minn telf bikri wara li t-tielet stħarriġ tal-opinjoni pubblika infila wera li l-vantgaġġ tal-Konservattivi qed jonqos.

Indiċi

L-indiċijiet ewlenin ta’ Wall Street laħqu livell għoli rekord fil-ftuħ, hekk kif l-aħħar statistika wriet ekonomika domestika reżiljenti u l-investituri baqgħu ottimisti dwar soluzzjoni fit-tilwima bejn l-Istari Uniti u ċ-Ċina.

L-ishma Ewropej laħqu l-ogħlia livell f’erba snin hekk kif kummetni mill-President Trump dwar tamiet ta’ soluzzjoni maċ-Ċina taw tama ta’ ftehim.

Ekwiti Lokali

L-ishma lokali kienu ġeneralment negattivi llum bil-GO ikunu l-uniċi b’żieda ta 1%, Il-Bank of Valletta u l-BMIT Yechnologies tilefu 1% Waqt li l-HSBC tilfu 1.6%.

Bonds

Il-bonds lokali kellhom jum attiv bit-Tumas Investments 2024 jżdiedu bi kważi $5/ il-bonds li jimmaturaw fl-2027 mill-istess kumpanija żdiedu b’1%. Akatr kumpaniji innegozja fin-negattiv fil-firxa ta 1% u 2% bil-Merkanti Holdings jitilfu 0.98% u d-Dizz Finance 2026 jitilfu 1.94%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezz tad-deheb kien il fuq minn $64 hekk kif rapport dwar is-settur wera żieda fil-ħażniet Amerikani ibbilanċjata minn ottimiżmu dwar ftehim bejn l-Istati Unit u ċ-Ċina.
Id-deheb kif ukoll il-fidda tilfu fir-regjun ta 0.5%.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro tilef 0.22% wara l-laqgħa mistennija tal-Bank Ċentrali Ewropew, waqt li l-yuan Ċiniż tbaxxa minħabba il-biża’ dwar it-tixrid tal-viarus. Ewro kien jiswa $1.1067. Il-President tal-Bank Ċentrali Ewropew, Christine Lagarde…

Barranin

Muniti L-ewro llum baqa’ fl-inqas livell f’xahar fost aspettattivi li l-Bank Ċentrali Ewropew ser jadottaw ton kawt meta jiltaqa’ għada. Stħarriġ mill-Istitut ta’ Riċerka Ġermaniż, ZEW, wera li s-sentiment tal-investituri…

Barranin

Muniti L-indiċi tad-dollaru, li jkejjel il-valur tiegħu ma’ grupp ta’ sitt muniti, tbaxxa għal 97.481. Waqt li kien qed jitkellem fil-Forum Ekonomiku Dinji f’Davos, il-President Donald Trump qal li dalwaqt…

Barranin

Muniti Id-dollaru llum żdied għall-ogħla livell tal-2020 wara li s-sensiela ta’ statistika tal-ġimgħa li għaddiet ikkonfermat li l-ekonomija tal-Istati Uniti tinsab f’saħħitha, waqt li l-yuan Ċiniża laħaq għal ftit ħin…

Aktar