Barranin
Id-Dollaru jqum ftit fuq saqajh

Id-Dollaru gawda minn irkupru żgħir hekk kif l-investituri xtrawh wara l-akbar waqgħa tiegħu fi tliet snin u nofs, għalkemm analisti qalu li kull irkupru għandu jkun qasir għax għandhom jaħdmu dawk li jridu dollaru dgħajjef.

Id-Dollaru Amerikan tbaxxa din is-sena minħabba  li l-istennija li l-banek ċentrali ser jibdew jżidu r-rati tal-interessi f’partijeit oħra tad-dinja tnaqqis il-vantaġġ mid-dħul tiegħu. Il-fiduċja fid-dollaru ntmesset ukoll mit-tħassib li l-Istati Uniti tista’ ssegwi politika ta’ dollaru dgħajjef u minn tħassib li qed jiżdied dwar l-iżbilanċ fil-baġit, li mistenni li jispara lejn $1 Triljun fl-2019 minħabba nefqa kbira mill-gvern u tnaqqis kbir fit-taxxa tal-kumpaniji. Dik ix-xejra ta’ dgħufija fid-dollaru ntemmet meta bejgħ qawwi fis-swieq tal-ishma fi Frar ressaq lill-investituri lejn is-sigurta relattiva tad-dollaru.

L-Isterlina tbaxxiet kontra d-dollaru  u l-ewro, bl-investituri kawti qabel l-istatistika dwar il-pagi aktar tard fil-ġimgħa li tista’ tagħtihom ħjiel dwar il-passi tal-issikkar monetarju mill-Bank of England.

Kien hemm żieda fil-prezz tad-Dollaru Awstraljan hekk kif it-tħassib dwar l-iżbilanċ laqat lill-munita Amerikana, waqt li l-istatistika dwar il-pagi aktar tard din il-ġimgħa tista’ tkun importanti għall-prospetti tar-rati tal-interessi fl-Awstralja.

Indiċijiet

L-ishma Ewropej żdiedu għar-raba’ sessjoni infila fil-bidu, iżda aktar tard waqgħu, bl-ishma globali resqin lejn is-sitt sessjoni ta’ żieda, wara bejgħ qawwi xprunat minn biża’ ta’ inflazzjoni u spejjeż ogħla tas-self. L-Istati Uniti fetħu f’territorju pożittiv, it-Topix kien 2% ogħla,  waqt l-indiċi tal-Borża ta’ Malta segwa l-indiċijiet Ewropej u tilef 0.28%.

Ishma Lokali
L-ishma tal-Maltapost llum żdied bi 2% segwiti minn dawk tal-Malta Properties Company li żdiedu bi ftit inqas minn 1%. F’teritorju negattiv kienu il-PG u l-International Hotel Investments li tilfu madwar 2%. Simonds Farsons Cisk u Trident Estates it-tnejn tilfu aktar minn 3% fin-negozju tal-lum.

Bonds

Fis-settur tal-bonds lokali, is-6pm Holdings kienu fuq quddiem b’żieda ta’ 4%. Pendergardens żdiedu bi kważi 0.5%. F’territorju negattiv, iżda b’inqas minn 1% , kien hemm il-MIDI, Il-Von der Heyden Group u l-Mediterranean Investments Holdings. Il-bond l-ieħor tal-Mediterranean Investments Holdingsli jimmatura fl-2022 tilef qrib il-1.5%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijietaż-żejt laħqu l-ogħla lvell fi kważi ġimagħtejn, mgħejjuna minn irkupru globali fis-swieq finanzjarji u tensjonijiet fil-Lvant Nofsani, għalkemm it-tħassib dwar żieda fil-produzzjoni Amerikana llimitat iż-żieda.

Il-prezzijiet tad-deheb ftit kellhom ċaqliq hekk kif id-dollaru kiseb lura xi telf riċenti u żdied il-prezz tal-ishma, iżda l-biża’ dwar l-inflazzjoni fl-Istati Uniti żammet l-investituri fid-deheb.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Il-Bank Ċentrali Ewropew qal illum li ser itemm l-iskema bla preċedent tiegħu ta’ xiri ta’ bonds sa tmiem is-sena, u b’hekk għamel l-akbar pass sabiex iżarma l-istimulu ta’ żmien…

Barranin

Muniti L-Ewro llum ma ċċaqlaqx kontra d-Dollaru u baqa’ jiswa $1.1796 għax is-swieq ftit li xejn raw miżuri konkreti ħerġin mis-summit bejn l-Istati Uniti u l-Korea ta’ Fuq u qed…

Barranin

L-ewro żdied għall-ogħla livell f’ġimagħtejn wara assigurazzjoni mill-Italja li mhix ser titlaq mill-Unjoni Ewropea u dan ikkalma lill-investituri qabel laqgħa importanti tal-Bank Ċentrali Ewropew. Il-Ministru tal-Ekonomija Taljan qal ilbieraħ li…

Barranin

Muniti L-Ewro żdied għall-ogħla livell f’10 ijiem wara li uffiċjali qalu li l-Bank Ċentrali Ewropew jista’ jwaqqaf il-programm ta’ stimulu tiegħu sa tmiem 2018 u li l-inflazzjoni kienet qed tiżdied…

Aktar