Lokali
Id-dollaru jżomm l-ogħla rata tiegħu kontra l-yen

Id-dollaru żamm qrib l-ogħla rata tiegħu kontra l-yen wara statistika ekonomika tajba mill-Istati Uniti qabel ma joħroġ ir-rapport ewlieni dwar l-impjiegi. Il-yuan tbaxxa u s-swieq finanzjarji baqgħu fuq ix-xwiek hekk kif żdiedu l-imiwet fiċ-Ċina mill-coronavirus.

L-istatistika ekonomika tajba mill-Istati Uniti u l-passi ta’ stimulu monetarju miċ-Ċina dan l-aħħar taw ftit serħan lill-investituri mit-tħassib qawwi dwar il-virus, għalkemm l-inċertezza dwar l-impatt tal-epidemija fuq it-tkabbir globali tidher li ser tibqa’ żżomm lill-investituri ‘il bogħod minn investiment riskjużi – għall-inqas għaż-żmien qasir.

L-Isterlina kienet qed tiġi nnegozjata qrib l-inqas rata f’sitt ġimgħat kontra d-dollaru u tilfet kontra l-ewro, imkissra minn tħassib persistenti dwar in-negozjati bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea dwar ftehiom kummerċjali wara l-ħruġ tal-pajjiż mill-Unjoni.

L-Isterlina inqabdet fuq sieq waħda hekk kif irritorna t-tħassib dwar il-ftehim kummerċjali. L-investituri jinsabu nervużi li l-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson qed jieħu atteġjament iebes fit-taħditiet kummerċjali mal-Unjoni. Dawn jeħtieġ li jintemmu sa tmiem is-sena biex ikun evitat waqfien distruttiv fir-relazzjonijiet kummerċjali.

L-Isterlina illum ftit inbidlet għal $1.2937 qrib l-inqas rata mill-Milied ‘l hawn u 2% inqas għal din il-ġimgħa. Kontra l-ewro,l-Isterlina kienet tiswa 84.88 pence kull ewro, u riesqa lejn tnaqqis ta’ 1% f’ġimgħa.

L-ishma fl-Istati Uniti żdiedu għar-raba’ sessjoni infila ilbieraħ u l-indiċi ewlenin ta’ Wall Streetr laħqu livelli għolja rekord, waqt li l-assi Asjatiċi – partikolarment il-muniti – baqgħu taħt pressjoni.

Is-swieq tal-ishma Asjatiċi tbaxxew illum, minħabba li ż-żieda fl-imwiet u l-impatt ekonomiku mill-coronavirus warbu l-irkupru tard fil-ġimgħa. Il-prezzijiet bil-quddiem għall-ishma Amerikani u Ewropej kienu resqin lejn ftuħ dgħajef illum.

Il-prezzijiet taż-żejt żdiedu llum wara li r-Russja qalet li hija ser tappoġġa rakkomandazzjoni mill-OPEC u produtturi oħra biex ikomplu jnaqqsu l-produzzjoni fost domanda li qed tonqos għaż-żejt mhux raffinat hekk kif iċ-Ċina tkompli tiġġieled kontra l-virus.

Il-prezz tad-deheb illum kien stabbli wara jumejn ta’ żieda hekk kif tbaxxew l-ishma, bil-virus jidher li mhux ser ibatti, u dan qed ikabbar il-biża ta’ impatt akbar fuq it-tkabbir ekonomiku.

Id-deheb, madankollu, xorta kien riesaq lejn l-akbar waqgħa f’ġimgħa fi tliet xhur hekk kif statistika ekonomika b’saħħitha mill-Istati Uniti, inkluż tnaqqis fil-benefiċji tal-qgħad, kompliet issostni lid-dollaru. L-investituri issa qed jistennew iċ-ċifri dwar l-impjiegi, eskluża l-biedja, li ser joħorġu tard illum.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-dollaru llum tbaxxa hekk kif muniti aktar riskjużi rkupraw minħabba tamiet li l-għeluq tan-negozji qed inaqqas il-firxa tal-coronavirus f’xi pajjiżi. L-isterlina kelha rkupru fis-swieq riskjużi li inkorraġġew xi bejgħ…

Lokali

Muniti Id-dollaru Amerikan ma kellu ebda moviment kontra l-parti l-kbira tal-muniti ewlenin, għalkemm kompla biż-żieda tiegħu kontra l-yen Ġappuniż hekk kif ir-rata ta’ mwiet fl-Ewropa minħabba l-coronavirus tbaxxiet, waqt li…

Barranin

Muniti Id-dollaru ssoda llum iżda ħa pawsa mill-irkupru qawwi tal-aħħar ġimgħat wara li l-Federal Reserve għen lill-likwidità tal-munita fis-swieq finanzjarji billi għamilha eħfef għal banek ċentrali oħrajn biex jaċċessaw id-dollaru….

Barranin

Muniti Id-dollaru waqqaf ġimgħa ta’ telf llum u ikrupra kontra l-muniti ewlenin u swieq emerġenti aktar riskjużi hekk kif l-investituri qed iħejju għal inċertezza twila u passi eħrex mill-gvernijiet biex…

Aktar