Lokali
Id-dollaru Kanadiż tbaxxa għall-inqas rata fi tliet snin kontra dak Amerikan

Muniti

Il-yen Ġappuniż u l-Frank Żvizzeru llum żdiedu, hekk kif tbaxxa s-sentiment ta’ riskju, wara li tnaqqis ta’ 30% fil-prezzijiet taż-żejt u swieq finanzjarji li tbaxxew, ippanikjaw lill-investituri u l-prezzijiet tal-muniti xxenglu min-naħa għall-oħra. L-ewro ssaħħaħ kważi kontra l-muniti kollha ħlief kontra l-yen aktar qawwi. Kontra d-dollaru, l-ewro wera żieda ta’ 1.33%. Il-munita unika kienet wkoll aktar b’saħħitha kontra l-Isterlina u d-Dollaru Awstraljan, u kontra d-dollaru Kanadiż.

Id-dollaru Kanadiż tbaxxa għall-inqas rata fi tliet snin kontra dak Amerikan wara li l-investituri saħħew il-fehma li ser ikun hemm aktar tnaqqis fir-rati tal-interessi mill-Bank of Canada wara li l-prezz taż-żejt, wieħed mill-prodotti ewlenin ta’ esportazzjoni, tbaxxa b’aktar minn 20%. Is-saħħa tal-ewro kient daqs dik tal-Frank Żvizzeru.

Indiċi

L-indiċijiet ewlenin f’Wall Street tilfu 7% u d-Dow Jones tbaxxa b’2.000 punt f’dik li titqies l-agħar waqgħa f’ġurnata waħda, hekk kif reġa’ beda n-negozju wara waqgħa ta’ 22% fil-prezzijiet taż-żejt.

In-negozju fuq il-boroż Amerikani twaqqaf immedjatament wara l-ftuħ hekk kif l-S&P 500 tilef 7% u dan wassal għal qtugħ awtomatiku ta’ 15-il minuta li kien daħal wara l-kriżi finanzjarju tal-2008-2009.

Tbaxxew l-ishma Ewropej, bl-indiċi ta’ referenza STOXX 600 f’negozju kajman, hekk kif il-biża ta’ riċessjoni globali tkabbret mal-waqgħa ta’ 25% fil-prezzijiet taż-żejt u għeluq tal-inħawi milquta mill-coronavirus fl-Italja.

L-indiċijiet ewlenin fl-Istati Uniti, l-Ewropa u l-Asja kienu qed jinnegozja bi tnaqqis ta’ 5.61% u 7.22%. L-indiċi lokali tilef biss 1.48%.

Shares

Fl-ishma lokali, il-Malta Properties Co kienu fuq quddiem b’żieda ta’ 5%, segwiti minn Trident Estates li avvanzaw bi 3.18% u żieda modesta minn Tigne Mall. Fit-territorju negattiv kien hemm il-Bank of Valletta li tilfu 1.9%, il-PG b’5%. Tnaqqis akbar kienu fil-Malta International Airport qrib is-6%$ u l-MIDI li tilfu kważi 8%.

Bonds

Iż-żidiet fil-prezz tal-bonds lokali kienu aktar modesti minn dawk li wrew tnaqqis illum. L-iStivala Group, Tumas Investments u l-Bank of Valletta żdiedu bejn 0.14% u 0.48%. Fin-naħa negttiva kien hemm id-Dizz Finance u l-International Hotel Investments li tilfu aktar minn 1% waqt li l-Von Der Heyden Group tilfu qrib it-3%. Il-bonds tal-Bortex tilfu 4.5%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż—żejt tilfu terz bl-akbar waqgħa tal-prezz mill-gwerra tal-Golf tal-1991 hekk kif l-Għarabja Sawdija u r-Russja ser iżidu l-provvista f’suq diġà mifqugħ biż-żejt mhux raffinat wara li waqa’ l-ftehim ta’ tnaqqis fil-produzzjoni li ilu sejjer tliet snin. Wara nofsinhar, il-Brent u ż-żejt mhux raffinat kienu qed jiġu nnegozjati bi tnaqqis qrib l-20% imqabbel ma’ nhar il-Ġimgħa.

Il-prezzijiet tad-deheb żdiedu, u għal xi ħin qabżu l-live—tal-$1,700 hekk kif tnaqqis fis-swieq finanzjarji minħabba tħassib dwar l-effetti fuq l-ekonomija żied d-domanda għal assi sikuri. Wara nofsinhar, il-prezz tbaxxa għal $1,674.33.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-dollaru kien riesaq lejn l-akbar waqgħa f’ġimgħa f’aktar minn 10 snin hekk kif sensiela ta’ miżuri ta’ stimulu madwar id-dinja, inklużi $2 Triljun mill-Istati Uniti, għenu biex naqqsu t-tħarbita fis-swieq…

Barranin

Muniti Id-dollaru tbaxxa għall-inqas rata f’ġimgħa kontra grupp ta’ muniti wara li dejta wriet żieda bla preċedent fl-Amerikani li marru jirreġistraw għal benefiċju tal-qgħad, hekk negozji madwar il-pajjiż qed jagħluq…

Barranin

Muniti Id-dollaru tilef illum wara li l-politiċi qablu dwar pakkett ta’ stimulu ta’ $2 Triljun li kkalma n-nervi tas-swieq finanzjarji u wassal biex l-investituri jixtru lura muniti aktar riskjużi. Id-dollaru…

Lokali

Din hi ħarsa ħafifa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum it-Tlieta 24 ta’ Marzu 2020. L-Orizzont Fl-ewwel paġna tal-ġurnal l-Orizzont nsibu storja li tgħid li l-għajnuna tal-Gvern lill-intrapriżi se tiżdied. Il-gazzetta…

Aktar