Barranin
Id-dollaru laħaq l-inqas livell fi kważi tliet snin

Muniti

L-isterlina baqgħet qrib id-$1.36 u waqgħet għall-inqas rata kontra l-ewro hekk kif d-dollaru Amerikan bata minn pressjoni mill-aħbar li d-Demokratiċi kienu fuq quddiem f’elezzjoni kruċjali li ser tiddetermina min ser ikollu kontroll fis-Senat. Id-dollaru laħaq l-inqas livell fi kważi tliet snin, bis-swieq jqisu rebħa Demokratika fil-Georgia għas-senat Amerikan li tiftaħ it-triq għal pakkett fiskali akbar li jkabbar is-sentiment ta’ riskju fis-suq tal-kambju.

Indiċi

L-ishma Ewropea ssaħħew, mmexxija minn setturi ekonomikament sensittivi bħal banek u l-enerġija, hekk kif l-investituri qed iħejju għar-rebħa Demokratika fil-Ġjorġja fl-Istati Uniti li tista’ twassal għal stimulu aktar fiskali.

Il-Gvernatur tal-Bank of England, Andrew Bailey, qal li r-Renju tilef bejn 5,000 u 7,000 post tax-xogħol fis-settur tas-servizzi finanzjarji sa issa bħala riżultat ta’ Brexit, inqas milli kien imbassar minn x’uħud.
Sadattant, il-FTSE 100 kompla bit-tielet jum ta’ żieda, mgħejun minn żidiet qawwija ta’ aktar minn 7% mill-HSBC. L-indiċi lokali tilef 1%.

Shares

In-negozju fl-ishma lokali llum kien l-aktar f’territorju negattiv b’kumpanija waħda, Simonds Farsons Cisk turi żieda ta’ 1.3%. Il-Malta International Airport kienu negozjati bla movement. Telf żgħir kien reġistrat fil-BMIT u l-Harvest Technologies, ta’ madwar nofs punt perċentwali. Il-Malta Properties Company tilfu 2% u l-Go tilfu 8.5% waqt li l-HSBC lokalment tilfet bil-qawwi, kontra ż-żidiet li l-Bank għamel f’Londra.

Bonds

Il-bonds lokali kienu f’sentiment aktar pożittiv b’erba’ bonds jiżdiedu 1% jew ogħla. Fuq fil-lista insibu lis-Central Business Centres, in-1923 Investments, il-Hili Finance u l-Mercury Projects. Hili Finance żdiedu 0.5%. F’territorju negattiv kien hem mil-Bortex b’1% u l-AX Investments 2024 tilfu 2.37%.

Prodotti Essenzjali

L-aħbar tal-Arabja Sawdija li ser tnaqqas il-produzzjoni taż-żejt b’miljun barmil kuljum matul Frar u Marzu saħħet lill-prezzijiet u għenet biex waqfu l-firdiet fost il-produtturi għallinqas għalissa. It-tnaqqis unilaterali, imħabbar ilbieraħ, irrijafferma l-Arabja Sawdija, aktar mill-OPEC jew l-OPEC flimkien mal-alleati, hija l-fattur prinċipali fis-suq taż-żejt.

It-tnaqqis unilaterli ma kienx mistenni, u juri bidla mill-insistenza preċedenti tal-Arabja Sawdija li ma taġixxiex waħedha, iżda għandha numru ta’ vantaġġi għar-renju f’dan il-punt. Bit-tneħħija ta’ 60 miljun barmil mis-suq, it-tnaqqis għandu jiżgura li l-ħażniet ikomplu jonqsu anke jekk l-epidemija tkompli tinfirex, it-tilqim jibqa’ bil-mod u l-avjazzjoni internazzjonali ristretta.

L-aħbarijiet finanzjarji huma miġbura minn BNF Bank.